20/08/2026
🇲🇹 Iltaqa’ mat-Tim – Diego Attard
Iltaqgħu ma’ Diego Attard, wieħed mill-voluntiera li se jieħu sehem fl-esperjenza missjunarja Road to Peru.
Diego għandu 57 sena, huwa minn Ħad-Dingli u ilu 30 sena miżżewweġ lil Lorna. Flimkien għandhom żewġt itfal, Joel u Matthias. Jaħdem f’uffiċċju ma’ kumpanija privata u jħobb ħafna l-avjazzjoni, id-drama u l-mużika.
Bħala persuna involuta ħafna fil-volontarjat fil-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli, Diego ra din l-esperjenza bħala opportunità biex jagħmel pass ieħor: iżur pajjiż imbiegħed u differenti ħafna minn Malta, filwaqt li jagħti sostenn lil familji fil-bżonn, b’mod speċjali lit-tfal.
Dak li l-aktar qed iqanqlu huwa li jiltaqa’ ma’ realtà kompletament differenti minn dik li aħna mdorrijin biha f’Malta — realtà fejn il-faqar ma jibqax xi ħaġa li nisimgħu dwarha, iżda xi ħaġa li se jesperjenza mill-qrib.
Diego jittama li din l-esperjenza tgħinu jikber spiritwalment u psikoloġikament, u fuq kollox japprezza aktar il-valur tal-ħajja u dak kollu li għandna.
Sir af aktar dwar Diego:
https://roadtoperu.org/diegoattard/
Agħti donazzjoni b’risq il-missjoni:
https://donate.roadtoperu.org
🇬🇧 Meet the Team – Diego Attard
Meet Diego Attard, one of the volunteers joining the Road to Peru missionary expedition.
Diego is 57 years old, comes from Dingli and has been married to Lorna for 30 years. Together they have two children, Joel and Matthias. He works in an office for a private company and has a particular interest in aviation, drama and music.
Having been heavily involved in volunteering within the parish of Dingli, Diego saw this experience as an opportunity to take another step: to visit a country very different and far removed from Malta, while supporting families in need, particularly children.
What concerns him most is encountering a reality completely different from the one we are accustomed to in Malta — one where poverty will no longer be something he merely hears about, but something he will experience at first hand.
Diego hopes the experience will help him grow spiritually and psychologically and, above all, appreciate more deeply the value of life and everything we have.
Learn more about Diego:
https://roadtoperu.org/diegoattard/
Support the mission:
https://donate.roadtoperu.org