The Call Ministries

Call Directions Website

The Call Ministries 📣Jekk qed tfittex post fejn tista titgħallem u tikber, il-Grupp The Call Ministries jiltaqa ġewwa Ċentru Vok.
(1)

San Duminku r-Rabat.
🔵Adulti il-Ġimgħa - 7:30pm,
🟢Żgħażagħ is-Sibt - 7:00pm,
📞Aktar Informazzjoni : 7772 2777 MISSION STATEMENT OF THE ORGANISATION

The aim of the organisation ‘The Call Ministries’, is to serve as a family by providing direction, values and purpose to every person irrelevant from any discriminatory factors, especially to youths and young people.

14/10/2026

🧩💙 L-Inklużjoni mhix biss li naċċettaw lil min hu differenti, imma li noħolqu spazju fejn kulħadd iħossu milqugħ, apprezzat u parti mill-komunità.

Kien ta’ pjaċir li nkunu parti minn Plexus26, fejn flimkien irriflettejna dwar in-newrodiversità, l-inklużjoni u s-sens ta’ appartenenza. 🙏

Bħala The Call Ministries, nemmnu li kull żagħżugħ u żagħżugħa għandu xi ħaġa prezzjuża x’toffri, u li d-differenzi tagħna m'għandhomx ikunu ostaklu, imma opportunità biex nikbru flimkien. ❤️

✝️ Ġesù ma sejħilniex biex inkunu kollha l-istess, imma biex inħobbu lil xulxin.

Ejjew ma nistaqsux biss kif nistgħu ngħinu lil xi ħadd jidħol fil-komunità tagħna, imma wkoll x'nistgħu nbiddlu fil-komunità tagħna biex ħadd ma jibqa’ barra.

👏 Grazzi lil kull min ħadem biex Plexus26 tkun esperjenza ta’ tagħlim u riflessjoni.

💬 U inti, x'taħseb li nistgħu nagħmlu biex il-komunitajiet tagħna jsiru aktar inklużivi?

14/10/2026

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ottubru

Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Gal 5:18-25
Responsorju: S 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Lq 11:42-46

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-fejġel u fuq kull xorta ta’ ħxejjex, u mbagħad għal dik li hi ġustizzja u mħabba ta’ Alla tħallu kollox għaddej. Dawn kien imisskom tħarsu, mingħajr ma tħallu l-oħrajn barra. Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħobbu s-siġġijiet ta’ quddiem fis-sinagogi u min isellmilkom fil-pjazez. Ħażin għalikom! Qiskom l-oqbra, li ma tagħrafhomx, u n-nies tgħaddi minn fuqhom bla ma tintebaħ bihom.”

Qabeż wieħed mill-għorrief tal-Liġi u qallu: “Mgħallem, b’dan li qiegħed tgħid qiegħed tgħajjar lilna wkoll.” Qallu Ġesù: “Ħażin għalikom ukoll intom l-għorrief tal-Liġi! Intom tgħabbu n-nies b’tagħbijiet li bilkemm wieħed jiflaħhom u li intom stess anqas b’saba’ wieħed ma tmissuhom!”

Qaddis tal-jum: San Kallistu, papa u martri

🎄 Christmas at the Priory – Last Stalls Available!Step into Malta’s most charming festive venue — a historic priory tran...
13/10/2026

🎄 Christmas at the Priory – Last Stalls Available!
Step into Malta’s most charming festive venue — a historic priory transformed into a cosy Christmas haven. This year’s Christmas Market runs 17–20 December, bringing together tradition, twinkling lights, and that unmistakable festive spirit.
📅 Event Details
Date: 17–20 December
Venue: St Dominic's Historic Priory (All‑weather setup)
Entry: Free
Easy street parking available
Accessibility: Fully accessible
🛍️ Vendors – Last Stalls Available!
See more in the comment section

🎄 Christmas at the Priory – Last Stalls Available!

Step into Malta’s most charming festive venue — a historic priory transformed into a cosy Christmas haven. This year’s Christmas Market runs 17–20 December, bringing together tradition, twinkling lights, and that unmistakable festive spirit.

📅 Event Details

Date: 17–20 December
Venue: St Dominic's Historic Priory (All‑weather setup)
Entry: Free
Easy street parking available
Accessibility: Fully accessible

🛍️ Vendors – Last Stalls Available!

See more in the comment section

“Sejħu għall-festa lil kull min issibu.”Kemm hi qawwija din l-istedina. ❤️Hemm min iħossu barra.Hemm min tbiegħed.Hemm m...
11/10/2026

“Sejħu għall-festa lil kull min issibu.”

Kemm hi qawwija din l-istedina. ❤️

Hemm min iħossu barra.
Hemm min tbiegħed.
Hemm min għandu passat tqil.
Hemm min jaħseb li m’għadx għandu post.
Hemm min qed jistenna biss lil xi ħadd jgħidlu: “Ejja. Għad hemm post għalik.” 🪑

Imma din il-Kelma tpoġġilna sfida wkoll bħala familji u bħala Knisja:

👉 Lil min qed inħallu barra?
👉 Min għandu bżonn stedina mingħandna?
👉 Il-familji tagħna huma post fejn wieħed iħossu milqugħ?
👉 U jien… lil min nista’ nersaq lejh din il-ġimgħa?

F’din ir-riflessjoni fuq Mt 22, 1-14, naraw tliet messaġġi sempliċi imma qawwija:

❤️ Hemm post għalik mal-mejda.
🚪 Irridu noħorġu u nistiednu.
🙏 L-istedina ta’ Alla titlob ukoll bidla fil-qalb.

📖 Aqra r-riflessjoni sħiħa u staqsi lilek innifsek: https://xerredilkelma.blogspot.com/2026/10/seju-gall-festa-lil-kull-min-issibu.html

Min hemm barra mill-“mejda” tiegħi li Alla qed jitlobni nilqa’?

fans

Alla jistieden lil kulħadd, imma l-istedina ta’ Alla mhijiex sempliċiment: “Ejja kif int u ibqa’ eżatt kif int għal dejjem.”

Ilbieraħ, membri żgħażagħ tal-grupp tagħna kellhom l-opportunità li jattendu s-seminar Plexus, bit-tema Rethinking Space...
11/10/2026

Ilbieraħ, membri żgħażagħ tal-grupp tagħna kellhom l-opportunità li jattendu s-seminar Plexus, bit-tema Rethinking Spaces.

Din kienet opportunità sabiħa biex niltaqgħu ma’ gruppi oħra, naqsmu l-esperjenzi u l-ideat tagħna, u nitgħallmu minn xulxin dwar kif nistgħu nagħmlu l-gruppi tagħna spazji aktar siguri, inklużivi u akkoljenti għal kulħadd, b’attenzjoni partikolari għar-realtajiet tan-newrodiverġenza u l-awtiżmu.

Malta Catholic Youth Network

We are thrilled to announce that The Call Ministries is joining the conversation for Plexus 2026! We look forward to ret...
04/10/2026

We are thrilled to announce that The Call Ministries is joining the conversation for Plexus 2026! We look forward to rethinking spaces together and being part of this inspiring movement.

📅 Date: Saturday, 10th October ⏰ Time: 8:30AM onwards 📍 Where: Archbishop’s Seminary, Rabat About this year’s Plexus Neurodiversity is no longer a "fringe" issue - it is the living reality of families sitting in every one of our pews. And yet, many people navigating these challenges stil...

🍇 Xi frott qed tħalli ħajtek?Naħdmu… noħorġu… nibnu karriera… nieħdu ħsieb id-dar… nippjanaw il-vaganzi… nippruvaw nibnu...
04/10/2026

🍇 Xi frott qed tħalli ħajtek?

Naħdmu… noħorġu… nibnu karriera… nieħdu ħsieb id-dar… nippjanaw il-vaganzi… nippruvaw nibnu relazzjonijiet u futur.

Imma fost dan kollu, Ġesù llum jistaqsina mistoqsija differenti:

👉 “Dak li fdajt f’idejk… x’qed tagħmel bih?”

Minħabba fik, hemm aktar paċi?
Xi ħadd iħossu aktar milqugħ? ❤️
Xi ħadd sab kuraġġ?
Xi ħadd li kien waħdu sab ħabib?
Xi ħadd li kien qata’ qalbu sab tama?

Dan huwa l-frott! 🍇

U anke jekk xi darba ġejt imwarrab, fallejt jew ħassejt li m’intix biżżejjed, ftakar:

✝️ “Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka.”

Dak li ġralek m’għandux għalfejn jiddefinixxi min int jew fejn se tasal.

🌱 Il-bidla ma tibdiex minn ħaddieħor... Tibda minni. Tibda minnek. Tibda minn deċiżjoni żgħira.

👉 Aqra r-riflessjoni sħiħa u staqsi lilek innifsek: “Il-Vanġelu xi frott qed iħalli f’ħajti?”



  Are you ready to embark on a journey that's all about igniting your passions, empowering your dreams, and finding your unique place in...

27/09/2026

🛑 IEQAF FTIT. Mhux kull min jgħid “IVA” ikun verament qed jgħix dik l-“iva”.

Nistgħu ngħidu:
🙏 “Nemmen f’Alla.”
❤️ “Inħobb lill-familja tiegħi.”
🤝 “Jien lest naħfer.”
✝️ “Irrid nimxi wara Ġesù.”

Imma mbagħad jiġi l-mument tal-prova.

Meta rridu naħfru lil min weġġagħna.
Meta rridu nagħmlu ħin għall-familja.
Meta rridu nammettu li żbaljajna.
Meta rridu nagħmlu dak li hu sewwa anke jekk jiswielna.

Hawnhekk tidher il-fidi vera.

Ġesù ma jridx biss il-kliem tagħna. Irid qalb li tinbidel… u li tibda taġixxi. 🔥

👉 Mhux biżżejjed ngħidu “IVA”… irridu naġixxu.

📖 Aqra r-riflessjoni sħiħa hawn:
https://xerredilkelma.blogspot.com/2026/09/mhux-bizzejjed-ngidu-iva-irridu-nagixxu.html

💭 U waqt li taqra, staqsi lilek innifsek:
L-“iva” tiegħi lil Alla qed tidher fil-mod kif qed ngħix?

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Settembru Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-SenaQari tal-jumL-Ewwel Qari: Eżek ...
27/09/2026

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Settembru

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Eżek 18:25-28
Responsorju: S 24 (25):4-5,6-7,8-9
It-Tieni Qari: Fil 2:1-11

L-Evanġelju: Mt 21:28-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu: “Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli”.

U dak qallu: “Ma rridx”. Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. “Arani sejjer, sidi,” qallu dan, u ma mar xejn. Min minnhom it-tnejn għamel kif ried il-missier?”. “L-ewwel wieħed”, weġbuh.

U qalilhom Ġesù: “Tassew, ngħidilkom, li l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta’ Alla. Għax Ġwanni ġie għandkom miexi fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx iżda l-pubblikani u n-nisa tat-triq emmnuh; u għalkemm intom rajtu dan kollu, bqajtu sa la ħħar ma biddiltux il-fehma tagħkom, u ma emmintuhx

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Settembru

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Eżek 18:25-28
Responsorju: S 24 (25):4-5,6-7,8-9
It-Tieni Qari: Fil 2:1-11

L-Evanġelju: Mt 21:28-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu: “Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli”.

U dak qallu: “Ma rridx”. Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. “Arani sejjer, sidi,” qallu dan, u ma mar xejn. Min minnhom it-tnejn għamel kif ried il-missier?”. “L-ewwel wieħed”, weġbuh.

U qalilhom Ġesù: “Tassew, ngħidilkom, li l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta’ Alla. Għax Ġwanni ġie għandkom miexi fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx iżda l-pubblikani u n-nisa tat-triq emmnuh; u għalkemm intom rajtu dan kollu, bqajtu sa la ħħar ma biddiltux il-fehma tagħkom, u ma emmintuhx”.

Dalgħodu parti mis-saqaf tal-kjostru ċediet minħabba l-ammont ta' xita li għamlet matul il-lejl.Il-kjostru tal-Kuvent ta...
26/09/2026

Dalgħodu parti mis-saqaf tal-kjostru ċediet minħabba l-ammont ta' xita li għamlet matul il-lejl.

Il-kjostru tal-Kuvent tal-Madonna tal-Għar, ir-Rabat, huwa wirt arkitettoniku uniku fil-gżejjer tagħna, kemm minħabba d-daqs tiegħu, kif ukoll minħabba l-għamla tiegħu. Iservi bħala post ta' refuġju spiritwali għal bost nies li jiġu jfittxu s-silenzju. Iservi wkoll bħala post fejn b***a gruppi ta' żgħażagħ, adulti u għaqdiet volontarji jistgħu jiltaqgħu ta' kull ġimgħa.

Iżda l-kjostru jeħtieġ interventi strutturali serji u urġenti. Il-maltempata Harry, Jannar li għadda, għamlet ħafna ħsara fil-bejt tal-kjostru. L-ispejjeż għat-tiswija tal-bejt tal-kjostru biss jammontaw għal xejn inqas minn €600,000. Matul dan iż-żmien ippruvajna nsibu fondi biex nibdew nirranġaw il-ħsara l-aktar imminenti. Madanakollu, ix-xita ta' dawn l-aħħar jiem issa qed tħalli l-effett tagħha u toħloq perikli serji.

Qed nappellaw lill-entitajiet jew persuni li jistgħu jgħinu bid-donazzjonijiet tagħhom ħalli nsalvaw dawn il-patrimonju sabiex jibqa' jkun kenn spiritwali pubbliku għall-poplu tagħna.

Min jixtieq jikkontribwixxi jista' jagħmel dan fuq din il-link jew ikellem lill-Pirjol, P. Alan Joseph Adami OP, direttament ([email protected]).

https://whydonate.com/fundraising/saving-the-dominican-cloister-of-rabat

🇬🇧 This morning, part of the cloister roof collapsed due to the amount of rain that fell overnight.

The cloister of the Convent of Our Lady of the Grotto, in Rabat, is a unique architectural heritage in our islands, both because of its size and its structure. It serves as a place of spiritual refuge for many people who come seeking silence. It also serves as a place where many youth groups, adults, and voluntary organizations can meet every week.

However, the cloister requires serious and urgent structural interventions. Storm Harry, last January, caused significant damage to the cloister roof. The repairs of the cloister's roof alone is totalling to some €600,000. Since January we have been trying to secure funding to begin repairing the most imminent damage. Nevertheless, the recent rainfall is now taking its toll and creating serious hazards.

We are appealing to entities or individuals who can assist with their donations so that we can save this heritage and ensure it remains a public spiritual sanctuary for our people.

Entities or people who wish to contribute towards this cause please do so by following the link below or by contacting the Prior, Fr Alan Joseph Adami OP ([email protected]).

https://whydonate.com/fundraising/saving-the-dominican-cloister-of-rabat

Address

‘The Call Ministries’ Ċentru Vok, Kunvent Patrijiet Dumnikani, Misraħ San Duminku
Rabat

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when The Call Ministries posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share