St Sebastian Fireworks Factory Qormi - Malta

St Sebastian Fireworks Factory Qormi - Malta L-Għaqda tan-Nar San Sebastjan ġiet imwaqqfa fis-sena 1979, l-għan tagħha hu li tieħu ħsieb ix-xogħol tan-nar għal festa u attivitajiet oħra.

Merħba f'dan il-grupp ufficjali ta l-Għaqda tan-Nar San Sebastjan. Dan il-grupp ser jgħinek issir taf iktar fuq il-ħidma bla waqfien ta' ħafna Qriema Bastjaniżi. Il-logħob tan-nar fil-festi Maltin huwa tradizzjoni antika ħafna. Il-festa ta San Sebastjan f' Ħal Qormi minn dejjem kienet magħrufa bhal festa kbira u ahna permezz tan-nar naghmluha festa spetakolari.

13/06/2026

30 jum ‘l bogħod mill-ikbar festa ġewwa beltna!

08/06/2026

Niltaqaw is-Sibt li ġej 💚

Nawguraw lill-Kaxxiera tal-Għaqda tagħna Charmaine Bonello li aktar t**d illum ser tkun qed tingħaqad fis-Sagrament taż-...
06/06/2026

Nawguraw lill-Kaxxiera tal-Għaqda tagħna Charmaine Bonello li aktar t**d illum ser tkun qed tingħaqad fis-Sagrament taż-Żwieġ.

Lura bil-Kbir fil-Qalba ta' Beltna!
05/06/2026

Lura bil-Kbir fil-Qalba ta' Beltna!

𝐅'𝐂𝐀𝐒𝐀𝐋 𝐅𝐎𝐑𝐍𝐀𝐑𝐎

Il‑Ġimgħa 18 u s‑Sibt 19 ta’ Settembru!

Għalissa se ngħidulkom biss biex tħallu dawk id‑dati liberi għal żewġ iljieli fantastiċi fil‑qalba tal‑Belt Pinto... mimlija riħa taqsam tal‑ħobż 🍞

Ibqgħu aġġornati magħna għax dalwaqt nibdew inħabbru dak li żgur ma kontux qed tistennew!

The ♥️ of the Maltese Bread

Prinċipju li ma niċħduħ Qatt!Kburin li aħna Qalbisti, Int Omm il-Baned Qormin 💚Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebas...
05/06/2026

Prinċipju li ma niċħduħ Qatt!

Kburin li aħna Qalbisti, Int Omm il-Baned Qormin 💚

Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan A.D. 1862

𝟓 𝐭𝐚' Ġ𝐮𝐧𝐣𝐮 | 𝐉𝐮𝐦 𝐢𝐥-𝐅𝐨𝐧𝐝𝐚𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧𝐢

Illum hija ġurnata speċjali għas-Soċjetà tagħna, hekk kif qed niċċelebraw l-164 anniversarju mit-twaqqif ta’ din is-Soċjetà ewlenija, l-ewwel Soċjetà Mużikali ġewwa Ħal Qormi (Città Pinto).

Bir-raġun li fl-Innu tal-Banda ntennu:

"Imbierkin missirijietna
Illi għażlu jagħtu ġieħ
Lill-maħbuba Banda tagħna
B’isem kbir daqs kemm sabiħ!"

Għalhekk ukoll irridu nirrikonoxxu l-għaqal u l-viżjoni ta’ missirijietna li, meta din is-Soċjetà sabet ruħha fl-inħawi l-ġodda ta’ din il-Belt, ma qagħdux jaħsbuha darbtejn biex iħaddnu lil din is-Soċjetà mal-martri ta’ Narbonne, San Sebastjan, protettur kontra l-pesta u l-mard li ma kienx hemm fejqan għalih, u li llum huwa l-Patrun ta’ din is-Soċjetà.

Għandna nkunu kburin bil-wirt li ħallewlna missirijietna, ngħożżuh u nkomplu nħobbuh. Din hija Soċjetà mimlija storja, tradizzjoni u kultura, wirt li ftit bħalu nsibu kemm fil-Belt Pinto kif ukoll fil-gżejjer Maltin tagħna.

U b’sens ta’ kburija llum ngħidu:

"Viva mela l-Banda Pinto,
Fost il-Baned ewlenin
Li żammew il-qlub ta’ ġensna
F’għaqda sħiħa magħqudin;
Għax Belt Pinto, u Banda Pinto
Imħaddnin, isaltnu t-tnejn,
Biex jitkattar ġieħ l-imgħoddi
Bit-tagħlim taż-żmien li ġej!"

Viva l-Banda Qalbista!
Viva San Sebastjan!

Charles Saliba
President

03/06/2026

Jgħidulna, li l-Qriema sa nofsinhar🥖🍷

Nhar il-Ġimgħa, f'nofsinhar ⏲️

Segwuna 🫶

01/06/2026

L-Għaqda tan-nar tagħna tixtieq turi solidarjetà sħiħa mal-pirotekniċi kollha nvoluti fl-inċident ikrah li seħħ dalgħodu fil-Kamra tan-Nar fil-limiti tas-Salini ġewwa n-Naxxar. Ħsibijietna jmur ukoll mar-residenti u dawk kollha li ġew affettwati f’dan l-inċident.

San Sebastjan żżomm idejk fuqhom.

Nhar il-Ġimgħa 5 ta' Ġunju, lkoll mistiedna għall-Quddiesa ta' Radd ta' Ħajr lil Alla fl-okkażjoni tal-164 sena mit-twaq...
30/05/2026

Nhar il-Ġimgħa 5 ta' Ġunju, lkoll mistiedna għall-Quddiesa ta' Radd ta' Ħajr lil Alla fl-okkażjoni tal-164 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan A.D. 1862 u r-rebħa mill-Għaqda tan-Nar San Sebastjan fil-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-Nar.

Fl-okkażjoni ta’ Jum Ħal Qormi, l-Għaqda tan-Nar San Sebastjan innominat lil Raymond Zahra għall-premju “Għarfien il-Ħil...
27/05/2026

Fl-okkażjoni ta’ Jum Ħal Qormi, l-Għaqda tan-Nar San Sebastjan innominat lil Raymond Zahra għall-premju “Għarfien il-Ħila – Sehem fl-Għaqdiet Lokali”.

Raymond beda jaħdem in-nar fi ħdan din l-għaqda sa mis-sena 1980 u dam jagħmel dan sal-2013. Huwa wkoll membru fil-kumitat ċentrali tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, fejn hawnhekk, ilu jokkupa l-kariga ta’ Assistent Direttur sa mill-1994.

Ma’ dan Raymond jieħu ħsieb ukoll il-manutenzjoni ta’ kuljum fis-sede tas-Soċjetà. Ta’ min iżid li kien ukoll wieħed mill-pijunieri tar-radju Bastjaniżi F.M.

Fis-snin tiegħu bħala membru tal-għaqda tagħna, kien ta’ għajnuna kbira fit-tmexxija tagħha mill-att pirotekniku, fil-kariga ta’ Assistent Licencee.

Raymond, filwaqt li l-Għaqda tan-Nar tawguralek għal dan il-premju tant mistħoqq, tirringrazzjak tal-għajnuna sfieqa tiegħek fi ħdan l-għaqdiet tal-festa!

Address

'Palazz Narbona' 77 Triq San Sebastjan Hal Qormi
Qormi

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when St Sebastian Fireworks Factory Qormi - Malta posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share