24/06/2026
🌷 Illum il-Festa tal-𝗠𝗔𝗗𝗢𝗡𝗡𝗔 𝗧𝗔' 𝗙𝗔𝗧𝗜𝗠𝗔! 🙏
Fit-13 ta’ Mejju tiġi mfakkra l-ewwel dehra tal-Verġni Marija lil tliet itfal rgħajja ġewwa Fátima fl-1917. Dawn kienu Luċija dos Santos, Franġisku Marto u Ġjaċinta Marto, li qalu li l-Madonna appellatilhom biex jitolbu r-Rużarju kuljum, jagħmlu penitenza u jitolbu għall-paċi u l-konverżjoni tal-midinbin.
Id-dehriet ta’ Fatima huma fost l-aktar avvenimenti Marjani importanti fl-istorja moderna tal-Knisja Kattolika u ġew approvati uffiċjalment mill-Knisja fl-1930. Marbuta ma’ dawn id-dehriet hemm ukoll il-famuż “Miraklu tax-Xemx” li seħħ fit-13 ta’ Ottubru 1917 quddiem eluf ta’ nies.
Sal-lum, eluf ta’ pellegrini jżuru s-Santwarju ta’ Fatima kull sena biex jieħdu sehem f’quddies, purċissjonijiet u talb. Il-messaġġ ewlieni tal-Madonna ta’ Fatima jibqa’ sejħa għat-talb, il-paċi, il-penitenza u d-devozzjoni lejn il-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija. 🕊️
🎶Ave Maria, gratia plena,
Maria, gratia plena,
Maria, gratia plena,
Ave, ave Dominus,
Dominus tecum.
Benedicta tu in mulieribus,
Et benedictus,
Et benedictus fructus ventris,
Ventris tui, Iesus.
Ave Maria. 💐
📸✨ Xbieha ta' Marija Bambina fil-wirja Marjana ⚜️ 𝔊𝔩𝔬𝔯𝔦𝔬𝔰𝔞𝔢 𝔙𝔦𝔯𝔤𝔦𝔫𝔦𝔰 𝔐𝔞𝔯𝔦𝔞𝔢, li ttellgħet ġewwa Palazzo Vittoria - Naxxar bejn is-26 ta' April u t-8 ta' Mejju, fl-okkażjoni speċjali tat-300 Sena mill-wasla tal-Istatwa Titulari ta' Marija Bambina fostna n-Naxxarin! 🤍💙