29/12/2023
Stqarrija fuq l-proġett li se jneħħi l-iskatepark tal-qawra:
Illum kellha ssir protesta f’Buġibba organizzata minn Sandra Gauci , kap tal-ADPD, u sostnuta minn BirdLife Malta, FAA u l- Moviment Graffitti. Din ġiet organizzata wara li BirdLife Malta ħarġet
stqarrija rigward numru ta siġar tal-ficus, li jabitaw fihom madwar 800 għasfur, kienu se jitqaċtu sabiex jinbena sptar (Regional Health Centre). Apparti s-siġar, din il-binja se tkun qedha tkisser
id-DIY skatepark ta Buġibba - l-unika spazzju miftuħ għall-isport fil-Qawra.
Dan l-iskatepark, li nbena fl-2015, ilu snin f’limbu minħabba deċizzjonijiet politiċi, għad-dettriment taż-żgħażagħ u l-komunita. Suppost dan kellu jkun skatepark temporanju sakemm jinbena multi-use sport facility - proġett li qatt ma sar. Fl-aħħar 9 snin l-iskatepark soffra minn vandalizmu u nuqqas ta servizzi, tant li l-anqas iż-żibel ma jinġabar. Tfal u żgħażagħ lokali jieħdu ħsiebu billi jnaddfu, jirranġaw u anke jibnu obsticles ġodda biex jkollhom fejn jilgħabu - tant hu bżonjuż li jkollhom post fejn jilgħabu, li l-iskatepark spiċċa jintuża għal sport ieħor bħal futbol u basketball, kif ukoll bħala ‘bandli’ għal numru ta logħob oħra.
Fl-aħħar snin l-MSA flimkien mal- Malta Street Sports Association ħadmet qattiegħ biex jinbena skatepark ġdid u multi-use sport facility għall-akbar lokalita f’Malta - u dan sar possibli wara li
fl-2019 inxtara numru ta injam mir-Reġjun Tramuntana. Fl-2023 l- Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar approva li jinbena l-iskatepark u pprovda anke fondi sabiex dan jseħħ - u b’hekk ġew allokati
żewġ postijiet fejn dan seta jsir - biswit l-Aquarium jew biswit Kennedy Grove. Fiż-żewġ każijiet, l-awtoritajiet tal-gvern infurmawna li ma jistgħux jsiru sport facilities hemmek, anke jekk dawn huma tal-injam u temporanji.
Skont il-local plan (NWLP), l-għalqa biswit l-iskatepark ta’ Buġibba għanda tkun transformata fi spazzju aħdar miftuħ u sport facility - u minflok, s’issa, qed naraw biss proġetti ta bini - l-ewwel
l-iskola primarja, u issa triq, u dan l-isptar fil-qalba tal-lokalita. Jekk nikkunsidraw li San Pawl il-Baħar għandu l-ikbar popolazzjoni f’Malta, b’numru kbir ta żgħażagħ u l-inqas spazzji miftuħa
f’Malta - bl-ebda spazzju għal rekrejazzjoni sportiva multi-use, ma jkunx ta’ xokk li Malta għanda l-għola rata ta obeżita, u li s-saħħa mentali u s-sens ta’ komunita dejjem tonqos.
L-Malta Skateboarding Association, filwaqt li dejjem taspira li taħdem mall-awtoritajiet sabiex nikrejaw spazzji ġodda, ma tistax ma ssostnix l-għajta tar-residenti, NGOs u tal-ADPD li dan
l-isptar ma jistax jinbena fil-qalba tal-lokalita mingħajr ma jingħata spazzju miftuħ u spazzju sportiv lir-residenti. Ma jistax jinbena sptar għad-dettriment tas-saħħa tal-komunita.
L-iskatepark ta Buġibba, filwaqt li mhux tal-għola standard, huwa xorta post fejn għal 9 snin numru ta’ tfal u żgħażagħ pprattikaw l-isport, għamlu ħbieb ġodda u qattgħu il-ħin tagħhom jgħamlu attivita fiżika flok bilqegħda d-dar mingħajr interrazzjoni. In-nuqqasijiet tal-awtoritajiet tul dawn id-9 snin serqu l-opportunita minn żewġ ġenerazzjonijet sabiex jkollhom post addaddat
għar-rikrejazzjoni u attivita sportiva.
Filwaqt li bħala individwi, kuntenti li l-pjan tal-protesta tal-lejla ġiel l-gvern jikkunsidra d-disinn u ma jqaċċatx is-siġar, qedgħin nerġgħu nġeddu l-appel tagħna lill-awtorijiet u l-Ministeru tas-Saħħa sabiex jikkunsidra s-saħħa tal-komunita u ma jibnix sptar fil-qalba tal-lokal, u minnflok jgħati spazzju miftuħ u sportiv fejn nkunu nistgħu ntejbu s-saħħa tal-komunita u nnaqsu l-visti
lejn l-isptar.
Il-protesta tal-lejla hija posposta għal meta jsir il-public consultation fuq dan il-proġett. L-MSA tixtieq li tkompli d-diskussjonijet mal-gvern, flimkien mar-residenti u l-għoqsma kollha involuti sabiex nsibu l-aħjar soluzzjoni għal-komunita tagħna u s-saħħa tas-soċjeta’ li lkoll ngħamlu parti
minnha.