Fratellanza Santissimu Sagrament AD 1600 - Mqabba

Fratellanza Santissimu Sagrament AD 1600 - Mqabba Il-Fratellenza mwaqqfa ġewwa Knisja ta’ Santa Marija mtellgha sema ta' tal-Mqabba fl-1600

Skema ġbir ta' fondi għall-proġetti attwali.L-Standard Prima tal-Vjatku - Il-BandaloraL-Standard Prima tas-SagramentMinn...
25/06/2026

Skema ġbir ta' fondi għall-proġetti attwali.

L-Standard Prima tal-Vjatku - Il-Bandalora

L-Standard Prima tas-Sagrament

Minn jixtieq iżjed informazzjoni jagħmel kuntatt ma xi membru tal-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament.

Il-Ħadd 7 ta' Ġunju, ġiet iċċelebrata l-festa tal-Ġisem u d-Demm ta' Sidna Ġesù Kristu, Corpus, fil-Parroċċa tal-Imqabba...
09/06/2026

Il-Ħadd 7 ta' Ġunju, ġiet iċċelebrata l-festa tal-Ġisem u d-Demm ta' Sidna Ġesù Kristu, Corpus, fil-Parroċċa tal-Imqabba. Il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament ħadet sehem waqt il-Quddiesa, u fil-Purċissjoni bis-Sagrament mat-toroq tal-Imqabba.

📷Jonathan Mifsud

Is-Sibt 6 ta' Ġunju lejliet il-festa ta' Corpus sar rit ta' Professjoni lil fratelli ġodda fi ħdan il-konfraternita tas-...
08/06/2026

Is-Sibt 6 ta' Ġunju lejliet il-festa ta' Corpus sar rit ta' Professjoni lil fratelli ġodda fi ħdan il-konfraternita tas-Santissmu Sagrament fl-Imqabba, b'oħrajn jġeddu l-wegħdiet tagħhom.

Grazzi lil Kappillan tal-Parroċċa Dun Blake Camilleri li mexxa dan ir-rit u bierek l-muzzetti tal-fratelli.

J'Alla s-Sagrament Imqaddes, jkun id-dawl għal moħħna u jsaħħaħ il-fidi tagħna.

Matul din il-ġimgħa li għaddiet saret laqgħa mill-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament bi preparazzjoni għal professjoni...
08/06/2026

Matul din il-ġimgħa li għaddiet saret laqgħa mill-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament bi preparazzjoni għal professjoni tal-Fratelli.

Il-Fratellanza tixtieq tirringrazzja lil Fr Jonathan Farrugia talli qasam magħna ftit ħsibijiet dwar l-storja tal-Fratellanzi b'mod partikolari dik tas-Santissimu Sagrament tal-Imqabba.

Fil-laqgħa tkellimna ukoll dwar l-irwol tal-Fratellanza illum il-ġurnata.

Is-Solennita tal-Ġisem u D-Demm ta' Ġesu Kristu Fil-5.00pm QuddiesaFil-5.45pm toħrog il-purċissjoni bis-Ssmu Sagrament b...
07/06/2026

Is-Solennita tal-Ġisem u D-Demm ta' Ġesu Kristu

Fil-5.00pm Quddiesa

Fil-5.45pm toħrog il-purċissjoni bis-Ssmu Sagrament bis-sehem tal-Fratellanzi kollha tal-Parroċċa u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina.

IL- Ħadd 7 ta' Ġunju - Quddies u Purcissjoni ta' Corpus Quddies: 5PMPurcissjoni: 5.45PMNistiednu il-Fratelli biex jatten...
01/06/2026

IL- Ħadd 7 ta' Ġunju - Quddies u Purcissjoni ta' Corpus

Quddies: 5PM

Purcissjoni: 5.45PM

Nistiednu il-Fratelli biex jattendu.

Il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament tixtieq tistidnek għall-laqgħa ta' formazzjoni bi preparrazjoni għall-professjon...
24/05/2026

Il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament tixtieq tistidnek għall-laqgħa ta' formazzjoni bi preparrazjoni għall-professjoni tal-fratelli.

Il-laqgħa ser tkun fl-1 ta' Ġunju 2026 fil-kappella ta' San Bażilju fis-7.15pm.

Professjoni: Is-Sibt 6 ta' Ġunju 2026 fil-Knisja ta' Santa Marija fis-6.30pm.

Nħeġġukom biex tattendu.

It-Tlugħ il-Mulej fis-SemaL-EVANĠELJUGħeluq l-Evanġelju skont San Mattew (28:16-20)F’dak iż-żmien, il-ħdax-il dixxiplu t...
17/05/2026

It-Tlugħ il-Mulej fis-Sema

L-EVANĠELJU
Għeluq l-Evanġelju skont San Mattew (28:16-20)

F’dak iż-żmien, il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù.
Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: «Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien.»
Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir lilek Kristu.

Il-Fratellanza tixtieq tawgura lill-ommijiet kollha f'dan il-jum. Tajjeb niftakru u nsellmu ukoll lill-Omm tagħna lkoll,...
10/05/2026

Il-Fratellanza tixtieq tawgura lill-ommijiet kollha f'dan il-jum.

Tajjeb niftakru u nsellmu ukoll lill-Omm tagħna lkoll, Ommna Marija u nirringrazzjawha talli timxi magħna f'kull pass ta ħajitna.

Is-6 Ħadd tal-GħidL-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju skont San Ġwann (14:15-21)F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:...
10/05/2026

Is-6 Ħadd tal-Għid

L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann (14:15-21)

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: «Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem, l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu. Iżda intom tagħrfuh, għaliex jgħammar magħkom, u huwa fikom. Ma nħallikomx iltiema. Nerġa’ niġi għandkom. Ftit ieħor, u d-dinja ma taranix aktar. Iżda intom għad tarawni, għax jiena ngħix, u intom ukoll għad tgħixu. F’dak il-jum intom tagħrfu li jiena f’Missieri, u intom fija u jiena fikom.
Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi.
Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir lilek Kristu.

Address

Mqabba

Telephone

+35699058678

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Fratellanza Santissimu Sagrament AD 1600 - Mqabba posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share