03/07/2026
Hekk kif inħarsu lura lejn l-esperjenza ta' volontarjat mas-Sorijiet ta' Mater Teresa ġewwa l-Albanija, niftakru fil-ħajja sempliċi li jgħixu. 🇦🇱
Madankollu, din mhijiex biss ħajja ta' talb u qadi. Dawn huma sorijiet impenjati li jiddedikaw ħajjithom biex jgħinu lil ħaddieħor. Propju fi Shkodër, dawn is-sorijiet għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu ħsieb tfal u persuni b'kundizzjonijiet ta' diżabilità, uħud minnhom severi, tant li saħansitra jkunu ġew abbandunati mill-familjari tagħhom.
Din hija realtà li issa għexniha għal ġimgħa sħiħa, u nistgħu nikkonfermaw l-imħabba, il-kura u l-għożża li dawn in-nies jgħixu fiha. Bla dubju ta' xejn, din l-esperjenza ma setgħetx tkun possibbli mingħajr l-għajnuna u l-ġenerożità ta' ħafna nies.
Nibdew billi nirringrazzjaw lil dawk il-persuni kollha li taw sehemhom fil-Bake Sale li organizzajna f'Marzu li għadda, b'mod speċjali lil AquiBon's Delights , The Dome Visitors Centre ukoll lil diversi persuni min Mosta Parish
Nixtiequ nestendu ir-ringrazzenti tagħna lil:
• Lil Blevins Franks Malta għad-donazzjoni ta' €8️⃣0️⃣0️⃣ li tawna u li ntużaw għal dan il-għan.
• Daniel minn Consolidated Biscuits Co. Ltd talli pprovdilna pakketti Sunshine Snacks - Malta, Europe biex nieħu magħna l-Albanija u inqassmu lir-residenti.
• Audrey u Rueben Muscat & Family għad-donazzjoni tagħhom, kif ukoll għat-trasport li pprovdew.
•Lil Mosta Rotunda talli sponsorjaw il-booklets tar-riflessjoni.
• Il-Familja Sant talli għoġobhom jagħtuna ġugarelli, kemm użati f'kundizzjoni tajba kif ukoll ġodda, għar-residenti.
• Il-ġenituri, ż-żgħażagħ u kull min għoġbu jgħamel donazzjoni għal dan il-għan.
Nirringrazzjaw b'mod speċjali lill-NGO Smiling with Jerome li b'ġenerożità kbira tatna donazzjoni ta' €1️⃣0️⃣0️⃣0️⃣. Ġie deċiż li din is-somma tingħata direttament lis-Sorijiet ta' Mater Teresa. Għalhekk, b'sodisfazzjon u ferħ kbir, nixtiequ nħabbru li s-somma totali li ngħatat lis-Sorijiet ta' Mater Teresa kienet ta' €4️⃣1️⃣2️⃣0️⃣
Fl-aħħar nett, nirringrazzjaw lil kulħadd għall-appoġġ u l-ġenerożità tagħkhom. Iżda fuq kollox, nirringrazzjaw lil Alla talli tana s-saħħa, il-grazzja u l-opportunità li nwettqu din il-missjoni ta' mħabba u servizz. ✝️
Tislijiet għeżież 🫶