08/07/2026
Sabiex niċċaraw b'rispett, l-avviż ma nkitibx biex nevitaw xi responsabbiltà jew biex noħolqu xi konfużjoni. L-uniku skop tiegħu kien li ninfurmaw lil kulħadd li l-parkeġġi ta' Lidl u EuroSpin ma kinux disponibbli għall-attività tagħna li saret is-Sibt 5 ta’ Lulju 2026 li saret Ġnien l-Għarusa tal-Mosta, peress li huma riservati għall-klijenti tagħhom u ma ngħatajna l-ebda permess biex nużawhom.
Għalhekk, jekk il-parkeġġi indikati kienu mimlijin, ma ridniex li n-nies jassumu li setgħu jipparkjaw f'dawn il-postijiet. Huwa għal din ir-raġuni li għedna li ma stajniex nieħdu responsabbiltà għal min jagħżel li jipparkja hemm.
Nittamaw li dan jispjega aħjar l-intenzjoni tal-avviż, li kienet biss waħda ta' informazzjoni u kjarifika. Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-fehim, il-kummenti u l-koperazzjoni tagħkom. 💙🚗
Parking Notice 🚗⚠️
🚗 Avviż Importanti dwar il-Parkeġġ ⚠️
Infakkru lil kulħadd li l-ipparkjar fil-parkeġġi ta' Lidl u EuroSpin huwa pprojbit waqt l-attività tagħna. 🚫
Jekk jogħġobkom, użaw biss iż-żoni tal-parkeġġ indikati sabiex nevitaw kull inkonvenjent. 🙏
⚠️ Kull min jipparkja f'dawn il-parkeġġi jkun qed jagħmel dan għar-riskju u r-responsabbiltà tiegħu stess, u Kaċċaturi Mostin u Ħbieb ma jistgħu jieħdu l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe multa, ikklampjar, jew ħsara li tista' sseħħ.
Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom u tal-fehim. 💙