25/06/2026
Nhar it-Tlieta 23 ta' Gunju, il-Kunsill Lokali tal-Mosta kellu l-pjaċir jinawgura uffiċjalment iċ-Ċentru l-ġdid taż-Żgħażagħ tal-Mosta, li jinsab fiż-Żokrija.
Dan iċ-ċentru huwa investiment importanti fiż-żgħażagħ tagħna u fil-komunità Mostija kollha. Mhuwiex biss spazju fiżiku fejn iż-żgħażagħ jistgħu jiltaqgħu, iżda huwa post iddisinjat biex huma jesprimu l-ideat tagħhom, jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, u jkomplu jħossuhom parti attiva mill-ħajja tal-lokalità tagħna.
Bħala Kunsill Lokali, nemmnu bis-sħiħ li ż-żgħażagħ għandhom jingħataw l-opportunità, l-ispazju, u l-appoġġ meħtieġ biex ikomplu jikbru u jagħtu sehemhom fil-komunità. Il-Mosta tissaħħaħ meta ż-żgħażagħ tagħha jkollhom fejn jinstemgħu u fejn ikunu protagonisti.
Il-Kunsill Lokali jixtieq jirringrazzja lil kull min ħadem biex dan il-proġett seta’ jsir realtà, kif ukoll lil dawk kollha li se jagħtu l-kontribut tagħhom biex dan iċ-ċentru jkun post ħaj u miftuħ għaż-żgħażagħ tagħna.
Iċ-Ċentru taż-Żgħażagħ tal-Mosta issa jinsab uffiċjalment miftuħ u jilqa’ lil kull min jixtieq jattendi kull nhar ta’ Tlieta, mis-7:30pm ’il quddiem.
....
The official Inauguration of the New Mosta Youth Centre in iż-Żokrija took place on Tuesday 23rd June by the Mosta Local Council.
This centre represents a significant investment in our young people and the wider Mosta community. It is not merely a space for young people to meet, but a dedicated environment where they can share their ideas, develop their skills, and strengthen their role as active participants in our locality.
As a Local Council, we firmly believe that youth should be empowered with the opportunities, space, and support necessary to thrive and contribute to society. Mosta grows stronger when its youth have a platform to be heard and to take the lead.
The Council extends its gratitude to everyone who worked tirelessly to make this project a reality, as well as to all those who will contribute to keeping this centre a vibrant and welcoming space for our youth.
The Mosta Youth Centre is now officially open and welcomes everyone every Tuesday from 7:30pm onwards.
Mosta Youth Empowerment Centre See less