13/06/2026
🇲🇹 ⚽🏃♀️🎯 Manikata Sports & Activities Event 🎯🏃♂️⚽
Lesti għal ġurnata mimlija sport, moviment, tagħlim u divertiment għall-familja kollha? ☀️👨👩👧👦
Il-Manikata Sports & Activities Event jiġbor flimkien għadd ta’ clubs, għaqdiet, coaches, terapisti u voluntiera sabiex joffru ġurnata fejn kulħadd jista’ jipprova attivitajiet ġodda, jitgħallem ħiliet ġodda, jagħmel ftit eżerċizzju u jqatta’ ħin ta’ kwalità mal-familja u l-komunità 🤝❤️
Matul il-ġurnata ser ikun hemm taħriġ, workshops, dimostrazzjonijiet, sports differenti, attivitajiet għat-tfal, stands informattivi, ikel tajjeb u ħafna opportunitajiet biex wieħed jiskopri passatempi u interessi ġodda 🌟
L-attivitajiet, is-seminars u s-sessjonijiet ta’ taħriġ kollha huma B’XEJN 🎉 Għalkemm mhux obbligatorju, donazzjonijiet żgħar biex jgħinu fl-ispejjeż tal-attività jkunu apprezzati ħafna 🙏
Ejja għix ġurnata ta’ komunità, saħħa, sport u ħbiberija fil-qalba tal-Manikata 💪🌿
Narawkom hemm! 😃
Aktar dettalji: Manikata Sports & Activities Event
---
🇬🇧 ⚽🏃♀️🎯 Manikata Sports & Activities Event 🎯🏃♂️⚽
Ready for a day full of sport, movement, learning and fun for the whole family? ☀️👨👩👧👦
The Manikata Sports & Activities Event brings together a number of clubs, associations, coaches, therapists and volunteers to offer a day where everyone can try new activities, learn new skills, get active and spend quality time with family and community 🤝❤️
Throughout the day there will be training sessions, workshops, demonstrations, different sports, children's activities, information stands, good food and plenty of opportunities to discover new hobbies and interests 🌟
All activities, seminars and training sessions are FREE OF CHARGE 🎉 While not obligatory, small donations towards the costs of the event are greatly appreciated 🙏
Come and enjoy a day of community, wellbeing, sport and friendship in the heart of Manikata 💪🌿
See you there! 😃
More details: Manikata Sports & Activities Event