Marsa Local Council

Directions Website

Marsa Local Council Għas-servizz tar-resident Marsi. Marsa Local Council

TFAKKIRA,Nixtiequ ninfurmawkom li kull min hu interessat japplika biex jieħu t-tilqim imsemmi hawn fuq, u għandu 18-il s...
15/10/2026

TFAKKIRA,

Nixtiequ ninfurmawkom li kull min hu interessat japplika biex jieħu t-tilqim imsemmi hawn fuq, u għandu 18-il sena jew aktar, jista’ jagħmel dan billi jibbukkja mall-Kunsill Lokali tal-Marsa fuq in-numri

21220522

jew

21224877.

Il-bookings ser jkunu miftuħa mit-:

Tnejn 12 t’Ottubru sal-Erbgħa 21 t’ Ottubru 2026.

Wara din id-data, ma jistgħux jittieħdu iktar bookings.

Dan is-servizz ser jiġi provdut lir-residenti Marsin biss.

Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom

Data' ġdida għal Clean-up Day ġewwa l-Marsa!
12/10/2026

Data' ġdida għal Clean-up Day ġewwa l-Marsa!

Postponed!
10/10/2026

Postponed!

Għeżież Residenti,Nixtiequ ninfurmawkom li kull min hu interessat japplika biex jieħu t-tilqim imsemmi hawn fuq, u għand...
08/10/2026

Għeżież Residenti,

Nixtiequ ninfurmawkom li kull min hu interessat japplika biex jieħu t-tilqim imsemmi hawn fuq, u għandu 18-il sena jew aktar, jista’ jagħmel dan billi jibbukkja mall-Kunsill Lokali tal-Marsa fuq in-numri 21220522 jew 21224877.

Il-bookings ser jkunu miftuħa mit-:

Tnejn 12 t’Ottubru sal-Erbgħa 21 t’ Ottubru 2026.

Wara din id-data, ma jistgħux jittieħdu iktar bookings.

Dan is-servizz ser jiġi provdut lir-residenti Marsin biss.

Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.

06/10/2026
l-Kunsill Lokali tal-Marsa jixtieq jerġa jħabbar l-inizjattiva fejn qed noffru servizzi tekniċi bla ħlas! Kunsill li jaħ...
04/10/2026

l-Kunsill Lokali tal-Marsa jixtieq jerġa jħabbar l-inizjattiva fejn qed
noffru servizzi tekniċi bla ħlas!

Kunsill li jaħseb għal kollox!

Ftit tal-jiem ilu kellna l-pjaċir nilqgħu fil-Marsa lill-Ministru Alison Zerafa Civelli, li magħha żorna diversi xogħlij...
28/09/2026

Ftit tal-jiem ilu kellna l-pjaċir nilqgħu fil-Marsa lill-Ministru Alison Zerafa Civelli, li magħha żorna diversi xogħlijiet li għaddejjin fil-lokal tagħna u ltqajna ma’ għaqdiet Marsin biex nisimgħu aktar dwar il-ħtiġijiet tagħhom.

Il-Ministru qed tkun ta’ appoġġ kbir għall-Marsa. Bis-saħħa tal-kollaborazzjoni max-Xogħlijiet Pubbliċi, qed jitwettqu diversi interventi li jgħinu biex insebbħu l-lokal tagħna, intejbu l-infrastruttura u nieħdu ħsieb l-ispazji li jgawdu minnhom ir-residenti. Din hija kollaborazzjoni li qed tissarraf f’ħidma konkreta għall-Marsa!

🌿 Żorna l-vaska fil-ġnien tas-6 ta’ Awwissu, fejn bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr. Il-ħidma se tkompli wkoll fuq il-vaska ta’ maġenbha, biex dan l-ispazju jingħata dehra aktar sabiħa u miżmuma. Ma’ dawn ix-xogħlijiet se jkun hemm ukoll appoġġ permezz ta’ skemi li jgħinu biex titjieb it-tisqija tal-pjanti. Dan jorbot ukoll mal-qasam tal-kunsilli lokali, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru, u mal-ħidma tagħna biex nieħdu ħsieb aħjar l-ispazji ħodor tal-lokal.

Żorna wkoll ix-xogħlijiet marbuta mal-immaniġġjar tal-ilma tax-xita fi Triq is-Sajjieda. Dawn huma interventi kumplessi li jeħtieġu koordinazzjoni, attenzjoni u żmien, iżda huma importanti biex titjieb l-infrastruttura taż-żona. Napprezzaw il-paċenzja u l-kooperazzjoni tar-residenti waqt li tkun għaddejja din il-ħidma.

Matul iż-żjara tajna importanza wkoll lill-għaqdiet tagħna. Għamilna ħilitna biex nikkomunikaw ma’ kull għaqda tal-lokal, nisimgħu l-ħtiġijiet tagħha u naraw fejn tista’ tingħata għajnuna għal ċerti xogħlijiet meħtieġa, sabiex dawn l-għaqdiet ikunu jistgħu joperaw f’kundizzjonijiet aħjar. L-għaqdiet u l-voluntiera tagħhom jagħtu ħafna lill-komunità tagħna, u l-appoġġ lejhom huwa wkoll investiment fil-ħajja soċjali u kulturali tal-Marsa.

Grazzi lill-Ministru Alison Zerafa Civelli tal-preżenza, tad-disponibbiltà u tal-appoġġ kontinwu tagħha, kif ukoll lill-ħaddiema kollha involuti f’dawn ix-xogħlijiet.

Bħala Sindku, nibqa’ impenjat li nsaħħaħ din il-kollaborazzjoni u nsegwi l-ħtiġijiet tal-lokal tagħna. Flimkien mal-Kunsill Lokali, nibqgħu naħdmu għal Marsa isbaħ, aktar miżmuma u li toffri kwalità ta’ ħajja aħjar lill-Marsin kollha

Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li taw kotba b’donazzjoni lill-Kunsill Lokali tal-Marsa.Bħala Kunsill Lokali, qass...
18/09/2026

Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li taw kotba b’donazzjoni lill-Kunsill Lokali tal-Marsa.

Bħala Kunsill Lokali, qassamna dawn il-kotba lil erba’ entitajiet: lill-Iskola ta’ Santu Wistin permezz ta’ Patri David, lill-Parroċċa ta’ Marija Reġina permezz tal-Kappillan Fitz Patrick, lill-Iskola Theresa Nuzzo permezz ta’ Sister Antonia u lill-Parroċċa tat-Trinità permezz tal-Kappillan Patri Pawl Buġeja.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, ridna nsaħħu l-għaqda bejnietna u ngħinu lil xulxin għall-ġid tal-komunità tagħna.

Il-vaska fi Ġnien Belveder reġgħet qed taħdem!Żbajna l-vaska u sewwejna l-pompa.Inkomplu nieħdu ħsieb l-ispazji pubbliċi...
15/09/2026

Il-vaska fi Ġnien Belveder reġgħet qed taħdem!

Żbajna l-vaska u sewwejna l-pompa.

Inkomplu nieħdu ħsieb l-ispazji pubbliċi tagħna biex kulħadd ikun jista’ jgawdihom!

Address

Pont San Tumas
Marsa

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Marsa Local Council posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share