05/03/2025
Illum Ras ir Randan Inniedu ufficjalment il Poster tal Wirja Ghaliex? Gewwa Senglea, Wirja li m'ghandekx titlef ghal din is Sena, Narawkom hbieb....
Wirja imtella' mis-Sur Frankie Lee Mifsud bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Festi Esterni Marija Bambina Senglea. Xogħol Artistiku tas-Sur Charlie Camilleri.
Ħinijiet tal-Ftuħ:
Il-Ġimgħa, 28 ta’ Marzu (Jum ir-Redentur)
19:30 – Ftuħ uffiċjali mill-Arċisqof Charles J. Scicluna wara l-Pellegrinaġġ u l-Quddiesa tar-Redentur(Senglea)
Is-Sibt, 29 ta' Marzu sa l-Ħadd, 30 ta' Marzu (09:00 – 13:00 u 18:00 – 21:00)
Il-Ġimgħa 04 ta' April sal-Ħadd 06 ta’ April (09:00 – 13:00 u 18:00 – 21:00)
Il-Ġimgħa 11 ta' April sal-Erbgħa 16 ta’ April (09:00 – 13:00 u 18:00 – 21:00)
Ħamis ix-Xirka, 17 ta' April (09:00 – 13:00 u 17:00 ‘il quddiem)
Il-Ġimgħa l-Kbira, 18 ta’ April (08:00 – 12:00 u 16:00 ’il quddiem)
Is-Sibt 19 u l-Ħadd 20 ta’ April (09:00 – 13:00 u 18:00 – 21:00)
F'din il-wirja unika, għandkom issibu sett ta' episodji dettaljati ħafna mill-Passjoni ta' Ġesù Kristu. Dawk kollha li jixtiequ jaraw din il-wirja anke fil-ġranet li ma nkunux miftuħin, jistgħu jagħmlu appuntament billi iċemplu fuq 79478990/99451237