Xewkija Parish Teens & Youths

Directions Contact the organisation

Xewkija Parish Teens & Youths Xewkija Parish Teens & Youths is the FB Page showcasing activities held for by the Youth Groups This is just a hint of what a journey with our group offers.

Our group offers weekly meetings through which the teens can be accompanied, along with other fellow group members, in their spiritual and human growth by adults in the Christian faith. The group’s specificity is the encounter with the person of Jesus Christ through various methods: Bible reading and meditation, prayers, charitable experiences, Sacraments and witnesses by invited speakers, amongst others. The weekly meetings also include basic life skills, and cultural and fun activities such as outdoor activities, day trips to Malta, and an annual three-day live-in. Youth Groups Contact Details:

Form 2
Meeting Days: Every Thursday @ 7:00pm
Animators – Mariana Cauchi, Matthew Bajada
Mobile Number – 79931231, 79561589

Form 3
Meeting Days: Every Saturday @ 3:30pm
Animators - Victoria Saliba Xuereb, Matthew Bajada
Mobile Number - 79561589

Form 4
Meeting Days: Every Saturday @ 3:30pm
Animators - Fr Joseph Attard, Denise Borg, Luke Borg
Mobile Number - 99293427

Form 5
Meeting Days: Every Friday @ 7.30pm
Animators- Fr Joseph Attard, Rebecca Attard
Mobile Number - 99293427

16+
Meeting Days: Every Friday @ 8.45pm
Animators - Ronald Debrincat, Jeanelle Attard, Luke Galea
Mobile Number - 77853144, 79300731, 79261118

🎉✨ Bidu ta’ Sena Ġdida għall-Grupp 16+!Ilbieraħ kellna l-ewwel laqgħa tal-Grupp 16+ bħala parti mill-bidu tas-sena katek...
17/10/2026

🎉✨ Bidu ta’ Sena Ġdida għall-Grupp 16+!

Ilbieraħ kellna l-ewwel laqgħa tal-Grupp 16+ bħala parti mill-bidu tas-sena kateketika l-ġdida! 💙💛

Kienet laqgħa mimlija entużjażmu, fejn permezz ta’ diversi logħob interattiv u attivitajiet ta’ ice-breaking, iż-żgħażagħ kellhom l-opportunità li jsiru jafu lil xulxin aħjar, jibnu ħbiberiji ġodda u fuq kollox jieħdu gost flimkien! 🤝😄

Dan kien biss il-bidu ta’ sena oħra ta’ esperjenzi sbieħ, ħbiberiji, riflessjonijiet u tkabbir fil-fidi. 🙏❤️

✨ Inħarsu ’l quddiem b’entużjażmu għal dak kollu li għandna preparat għal din is-sena!

💙💛 Xewkija Parish Teens & Youths

+

🙏✨ Ċelebrazzjoni tal-Festa ta’ San Carlo AcutisIlbieraħ, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Carlo Acutis, ġiet iċċelebrata Q...
13/10/2026

🙏✨ Ċelebrazzjoni tal-Festa ta’ San Carlo Acutis

Ilbieraħ, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Carlo Acutis, ġiet iċċelebrata Quddiesa speċjali li għaqqdet flimkien lill-adolexxenti, liż-żgħażagħ u lill-animaturi tagħhom.

Din iċ-ċelebrazzjoni mmarkat ukoll il-bidu tas-sena kateketika l-ġdida, fejn flimkien, bħala komunità waħda, tlabna sabiex din is-sena tkun waħda ta’ tkabbir fil-fidi, fil-ħbiberija u fl-imħabba lejn Alla u lejn xulxin. ❤️

Matul il-Quddiesa sar ukoll ir-rit tal-mandat lill-animaturi, li ġew fdati bil-missjoni li jkomplu jakkumpanjaw u jiggwidaw lill-adolexxenti u liż-żgħażagħ fil-mixja tagħhom ta’ fidi matul din is-sena kateketika.

Fi tmiem il-Quddiesa, dawk preżenti kellhom l-opportunità li jbusu r-relikwa ta’ San Carlo Acutis, li tinsab fil-knisja tagħna, bħala ġest ta’ devozzjoni lejn dan il-qaddis żagħżugħ, li hu ta’ ispirazzjoni kbira għall-ġenerazzjoni tal-lum.

🙏 Jalla San Carlo Acutis ikun ta’ eżempju u gwida għaż-żgħażagħ tagħna, sabiex bħalu jagħmlu minn Ġesù ċ-ċentru ta’ ħajjithom.

💙💛 Xewkija Parish Teens & Youths

📣 Xewkija Parish Teens & Youths – Weekly Meetings 2026/2027 🙌A new year of meetings is about to begin! 🤩Join us every we...
19/09/2026

📣 Xewkija Parish Teens & Youths – Weekly Meetings 2026/2027 🙌

A new year of meetings is about to begin! 🤩
Join us every week according to your group:

🟢 Form 2 – Thursday at 7:00pm
🔵 Form 3 – Thursday at 6:00pm
🟠 Form 4 & 5 – Friday at 6:00pm
🟣 16+ – Friday at 8:45pm
🔴 Grupp taż-Żgħażagħ – Friday at 7:45pm

Meetings starting week beginning 15th October.

Come along, meet new people, share experiences and enjoy another year together with Xewkija Parish Teens & Youths! ❤️

👉 Important information for the 16+ group:
Some participation conditions apply, including a commitment to regular attendance and the completion of an application form. Kindly refer to the attached guidelines for all the details.

👋 New here? Anyone who wishes to join us for the first time is welcome to send us a message through our page for more information.

✨ We look forward to welcoming you for another great year!

Nhar is-Sibt 12 ta' Settembru, l-adolexxenti tal-Form 5 kellhom ġurnata speċjali ġewwa Malta fejn kellhom l-opportunità ...
14/09/2026

Nhar is-Sibt 12 ta' Settembru, l-adolexxenti tal-Form 5 kellhom ġurnata speċjali ġewwa Malta fejn kellhom l-opportunità jagħmlu xi xogħol volontarju mal-voluntiera ta' Second Chance Horse Rescue u f’Dar il-Kaptan, u b’hekk taw il-kontribut tagħhom fil-komunità filwaqt li tgħallmu aktar dwar l-importanza tal-għajnuna u s-solidarjetà. 🤝❤️

Wara waqfa fejn kilna xi ħaġa flimkien, l-adolexxenti kellhom ftit ħin liberu ġewwa Bay Street. Il-ġurnata spiċċat b’laqgħa ferm interessanti mas-Sorijiet tal-Klarissi, li kien mument ta’ riflessjoni, djalogu u tagħlim. 🙏

Matul il-ġimgħa li għaddiet, grupp ta’ 52 persuna magħmul minn adolexxenti, żgħażagħ u animaturi mill-parroċċa tagħna ta...
22/07/2026

Matul il-ġimgħa li għaddiet, grupp ta’ 52 persuna magħmul minn adolexxenti, żgħażagħ u animaturi mill-parroċċa tagħna tax-Xewkija, ħadu sehem f’pellegrinaġġ spiritwali f’Assisi, 'Fuq il-passi ta’ San Franġisk'.

Tul dawn il-jiem, il-pellegrini għexu esperjenza ta’ fidi u għaqda bħala komunità, żaru l-postijiet marbuta mal-ħajja ta’ San Franġisk u rriflettew fuq ix-xhieda tiegħu ta’ mħabba, umiltà u servizz.

Permezz tat-talb u l-mumenti ta’ riflessjoni, talbu biex bħalu jkunu xhieda ta’ Kristu fid-dinja tal-lum. Ispirati mill-ħajja ta’ San Franġisk, il-grupp gharaf japprezza aktar il-paċi li joffri l-ħolqien sabiħ li Alla afda f’idejna.

Matul dan il-pellegrinaġġ, il-grupp żar ukoll il-qabar ta' Carlo Acutis, sabiex dan iż-żagħżugħ ikompli jkun ta’ ispirazzjoni għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ tagħna. Bl-eżempju ta’ ħajtu, huwa jfakkarna li l-qdusija hija possibbli wkoll fid-dinja tal-lum, billi ngħixu ħajja ta’ fidi, mħabba u servizz lejn l-oħrajn.

We are pleased to announce that the Xewkija Parish Teens and Youths has been awarded €3,000 through the BOOST 2026 fundi...
04/07/2026

We are pleased to announce that the Xewkija Parish Teens and Youths has been awarded €3,000 through the BOOST 2026 funding scheme administered by Aġenzija Żgħażagħ, via Assocjazzjoni Kura, Gozo Diocese.

The funding has enabled us to equip the recreational space for teens and youths at the Xewkija Parish Centre. Through this grant, we have purchased 50 chairs, a soundbar and 6 board games suitable for different age groups. These improvements will provide young people with a comfortable space where they meet, build friendships, participate in activities and strengthen their sense of community in a more welcoming, inclusive and engaging environment.

We extend our sincere gratitude to Aġenzija Żgħażagħ and Assocjazzjoni Kura, Gozo Diocese, for their valuable support and investment in our young people.

L-adolexxenti tal-Form 5 matul il-laqgħa ta' kull ġimgħa li saret ġewwa d-Dwejra. Tajjeb li nieqfu ftit mir-rutina ta' k...
10/04/2026

L-adolexxenti tal-Form 5 matul il-laqgħa ta' kull ġimgħa li saret ġewwa d-Dwejra. Tajjeb li nieqfu ftit mir-rutina ta' kuljum biex ingawdu ftit lil xulxin u nieħdu gost flimkien :-)

Illum, it-Tlieta 7 ta' April, uħud mill-adolexxenti tal-gruppi tal-Form 2, 3 u 4 ħadu sehem fi Scavenger Hunt madwar ir-...
07/04/2026

Illum, it-Tlieta 7 ta' April, uħud mill-adolexxenti tal-gruppi tal-Form 2, 3 u 4 ħadu sehem fi Scavenger Hunt madwar ir-Rabat. Kienet esperjenza memorabbli li għenithom jissaħħu fl-ispirtu ta' tim waqt li jieħdu gost flimkien 💪

Fil-ġurnata ta’ Ħamis ix-Xirka, diversi adolexxenti mill-grupp tal-Form 5 kellhom esperjenza sabiħa u sinifikanti fejn l...
03/04/2026

Fil-ġurnata ta’ Ħamis ix-Xirka, diversi adolexxenti mill-grupp tal-Form 5 kellhom esperjenza sabiħa u sinifikanti fejn l-ewwel attendew għall-funzjoni ta' Ħamis ix-Xirka fil-knisja tax-Xewkija u wara żaru s-seba’ knejjes flimkien. Kien mument ta’ riflessjoni, talb u għaqda. Din il-lejla spiċċat b'ikla flimkien f’ambjent ta’ ħbiberija. Prosit lil kulħadd tal-parteċipazzjoni. 🙏✨

🌿 Ħadd il-Palm – Fidi li ssir Għemil ✝️F’Ħadd il-Palm, l-adolexxenti u ż-żgħażagħ tagħna ngħaqdu flimkien biex jipparteċ...
31/03/2026

🌿 Ħadd il-Palm – Fidi li ssir Għemil ✝️

F’Ħadd il-Palm, l-adolexxenti u ż-żgħażagħ tagħna ngħaqdu flimkien biex jipparteċipaw fil-purċissjoni u imbagħad fil-Quddiesa, u hekk bdew din il-ġurnata speċjali fil-preżenza tal-Mulej.

Wara, huma komplew b’ġest sabiħ ta’ karità, fejn qasmu f’gruppi u daru bieb bieb fir-raħal ta’ Xewkija biex jiġbru prodotti tal-ikel mingħand il-familji.

Il-ġenerożità tal-komunità kienet ta’ faraġ kbir, u dawn il-prodotti se jingħataw lil dawk li huma fil-bżonn, bħala sinjal konkret ta’ mħabba u solidarjetà.

🙏 Grazzi kbira liż-żgħażagħ kollha tal-impenn tagħhom, kif ukoll lill-familji kollha ta’ Xewkija tal-għajnuna u l-qalb tajba tagħhom.

💛 Flimkien nistgħu nagħmlu differenza!

Address

St John The Baptist Square
Ix-Xewkija

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Xewkija Parish Teens & Youths posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Xewkija Parish Teens & Youths:

Shortcuts

Share