Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja Kalkara

Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja Kalkara Il-pagna ufficjali tal-Kummissjoni Zghazagh Sagra Familja, Kalkara.

20/07/2025

STQARRIJA: Wara l-inċident sfortunat li seħħ il-bieraħ filgħodu fejn vettura laqtet is-sistema tal-boma (is-sistema antika u tradizzjonali li biha l-vara tas-Sagra Familja tittella’ fuq il-kolonna tagħha) u ġġarrbu xi ħsarat fl-armar, il-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà jixtieq qabel xejn jirringrazzja lil Alla u lis-Sagra Familja li dan l-avveniment ma wassalx għal korrimenti jew konsegwenzi iżjed serji. Grazzi ukoll lil kull min ta l-għajnuna tiegħu f’dan il-mument diffiċli, kif ukoll kull min wera solidarjetà. Il-Kumitat jieħu l-okkażjoni biex javża li l-marċ tal-aħħar skedat għal-lejla xorta waħda ser isir kif pjanat hekk kif tintemm iċ-ċelebrazzjoni liturġika fil-Knisja Parrokkjali, bid-differenza li minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, il-vara tas-Sagra Familja mhux ser titniżżel minn fuq il-kolonna tagħha kif normalment isir. Mill-ġdid nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd.

Address

80/82 Triq Rnella
Il-Kalkara
KKR

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja Kalkara posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share