14/07/2025
Żjara mill-VSF lill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono
Il-membri tal-bord amministrattiv tal-Voluntary Solidarity Fund (VSF) għamlu żjara ta’ korteżija lill-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, fil-Palazz ta’ San Anton. Iċ-Chairperson tal-Bord, il-Professur Josef Bonnici, spjega li l-għan tal-VSF huwa li tgħin persuni li jkunu għaddejjin minn mument ta’ diffikulta biex iqumu fuq saqajhom, u semma diversi eżempji tax-xogħol li qed isir hawn Malta, fosthom mas-St Jeanne Antide Foundation. Tkellem ukoll dwar l-inugwaljanzi fid-dħul li jeżistu f’pajjiżi żviluppati, li kulma jmur jidhru li qegħdin jiżdiedu. Prof. Bonnici semma kif il-VSF hija mwaqqfa wkoll f’Londra, f’Madrin u f’Turin, u l-istrateġija hija biex persuni jew kumpaniji li għandhom il-meżżi u r-riżorsi finanzjarji jgħinu lil dawk li m’għandhomx. Il-President ta’ Malta tkellmet dwar l-importanza ta’ għaqdiet voluntarji bħal dawn, speċjalment fil-qasam tal-inklużjoni soċjali, u apprezzat il-ħidma li qed issir mill-VSF filwaqt li offriet l-għajnuna tal-Presidenza fejn meħtieġ. Min-naħa tal-bord tal-VSF kien hemm preżenti wkoll is-sur Michael Pace Ross, is-sur Mario P. Galea, u s-sur Claudio Farrugia. Iktar informazzjoni dwar il-VSF jinsab hawn: https://vsfmalta.org/
Min jixtieq jagħti donazzjoni lill-VSF jista’ jagħmel dan permezz tal-internet banking. Id-dettalji tal-kont mal-APS Bank huma dawn:
𝗜𝗕𝗔𝗡: MT56APSB77013000000041989110019
𝗕𝗜𝗖: APSBMTMT
𝗔𝗰𝗰𝗼𝘂𝗻𝘁 𝗡𝗮𝗺𝗲: Voluntary Solidarity Fund Malta Foundation