Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own

Directions Website Contact the organisation

Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own L-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu hija soċjetà mużikali mwaqqfa fis-sena 1891

Il-President flimkien mal-kumitat tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, jawguraw lill-poplu tal-Kottonera kollu f’...
23/10/2026

Il-President flimkien mal-kumitat tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, jawguraw lill-poplu tal-Kottonera kollu f’Jum il-Kottonera.

20/10/2026
10/10/2026

𝐎𝐅𝐅𝐄𝐑𝐓𝐀 𝐆𝐇𝐀𝐋𝐋-𝐊𝐈𝐑𝐈 𝐓𝐀𝐋-𝐁𝐀𝐑.

Il-Kumitat tal- Ghaqda Filarmonika Prince of Wales Own qieghed jilqa' I-offerti ghall-kiri tal-BAR sa mhux aktar t**d minn nhar it-Tnejn, 19 ta' Ottubru 2026, fis-6.00pm.

L-applikazzjoni trid tkun issigillata f'envelope, u indikata bil-kliem Offerta ghal-Bar.
Il-kiri tal-bar ikun mill-01 ta Novembru 2026 sal-31 ta'Ottubru 2027.

Il-formoli ghal-kiri tal-Bar jingabru minghand is-Segretarju.

Il-Kumitat jirriserva d-dritt li jista' jirrifjuta kull offerta, anke I-aktar waħda vantaġġjuża.

Merton Pace
Segretarju

Tislima lill-President Onorarju tagħna Twanny Mizzi “il-Gerex”Illum l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tat l-aħħar...
06/10/2026

Tislima lill-President Onorarju tagħna Twanny Mizzi “il-Gerex”

Illum l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tat l-aħħar tislima xierqa lill-President Onorarju tagħha, Twanny Mizzi, magħruf bħala “il-Gerex”, li għal tant snin kien parti integrali mill-Għaqda u mill-Każin tagħna.

Il-Banda Prince of Wales Own akkumpanjat il-korteo b’marċi funebri mill-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku sal-Każin, fejn indaqq l-Innu tal-Għaqda. Waqt id-daqq tal-innu, il-bandiera tal-Għaqda tniżżlet minn mezza asta u imbagħad ittellgħet full mast, bħala sinjal ta’ ġieħ u rispett lejn il-President Onorarju tagħna.

Wara, il-korteo kompla lejn il-Monument ta’ San Duminku, fid-daħla ta’ Triq il-Kbira, fejn indaqq l-Innu Popolari “San Domenico”, qabel ma Twanny ttieħed għall-aħħar vjaġġ tiegħu lejn il-post tad-difna.

Il-President u l-Kumitat tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own jestendu l-kondoljanzi sinċieri tagħhom lill-familja Mizzi, u b’mod speċjali lil Domenic u Blessed.

Għada, it-Tlieta 6 ta’ Ottubru, se jsir il-funeral ta’ Twanny Mizzi, magħruf bħala “il-Gerex”, li għal snin twal serva b...
05/10/2026

Għada, it-Tlieta 6 ta’ Ottubru, se jsir il-funeral ta’ Twanny Mizzi, magħruf bħala “il-Gerex”, li għal snin twal serva b’dedikazzjoni fil-kumitat u fil-Każin tal-Għaqda tagħna, u li kien ukoll President Onorarju.

Il-funeral se jsir fis-2:00pm fil-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku, il-Birgu.

Fi tmiem il-quddiesa, il-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu se tkun qed takkumpanja l-korteo mill-Knisja sal-Każin tagħna, għall-aħħar tislima lil wieħed minn ulied l-Għaqda tagħna.

Illum il-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu takkumpanja b’għożża l-purċissjoni devota tal-Madonna tar-Rużarju u San Dum...
04/10/2026

Illum il-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu takkumpanja b’għożża l-purċissjoni devota tal-Madonna tar-Rużarju u San Duminku.

Ommna Marija u San Duminku, itolbu għalina.

Illum il-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu se tkun qed takkumpanja l-purċissjoni devota tal-Madonna tar-Rużarju u San ...
04/10/2026

Illum il-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu se tkun qed takkumpanja l-purċissjoni devota tal-Madonna tar-Rużarju u San Duminku, li se toħroġ illum filgħaxija fis-7:00pm mill-knisja tal-Lunzjata u San Duminku l-Birgu.

Nistiednu lil kulħadd biex jingħaqad magħna f’din l-okkażjoni ta’ fidi u devozzjoni.

B’dispjaċir inħabbru l-mewt ta’ Twanny Mizzi, magħruf bħala “il-Gerex”, li kien partitarju attiv fi ħdan Għaqda Filarmon...
03/10/2026

B’dispjaċir inħabbru l-mewt ta’ Twanny Mizzi, magħruf bħala “il-Gerex”, li kien partitarju attiv fi ħdan Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own.

Twanny kien dejjem qrib tal-Għaqda tagħna u ta s-sehem tiegħu b’dedikazzjoni. Illum, nistgħu ngħidu li bintu Blessed qed tkompli l-legat ta’ missierha billi tagħti s-sehem tagħha fil-Kumitat tal-Għaqda.

L-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own jesprimu l-kondoljanzi sinċieri tagħhom lill-familja Mizzi f’dan il-mument ta’ telfa.

Illejla l-Kumitat tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own iltaqa’ flimkien sabiex jiddiskuti diversi materji relatati...
30/09/2026

Illejla l-Kumitat tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own iltaqa’ flimkien sabiex jiddiskuti diversi materji relatati mal-Għaqda, fosthom il-Festa 2026.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm il-President, Dr Nicholas Busuttil Dougall, il-Viċi President Emanuel Busuttil Dougall, is-Segretarju Merton Pace, il-Kaxxier Dominic Azzopardi, kif ukoll il-membri Joseph Tabone, Paul Farrugia u Kaylien Tabone.
Clayton Att**d ingħaqad b’mod virtwali.

Address

Palazz Id-Dumnikani, Triq Il-Mina L-Kbira
Il-Birgu

Opening Hours

Monday 17:00 - 22:00
Tuesday 17:00 - 22:00
Wednesday 17:00 - 22:00
Thursday 17:00 - 22:00
Friday 17:00 - 22:00
Saturday 09:00 - 13:00
17:00 - 22:00
Sunday 09:00 - 13:00

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own:

Shortcuts

Share