Socjeta Filarmonika La Stella twaqqfet fit-8 ta' Mejju 1919 taht l-isem Circolo Musicale La Stella. It-tliet fundaturi tac-Circolo Musicale La Stella, jikru l-ewwel dar biex tilqaghhom bhala kazin f'numru 1, Triq id-Dejqa, li kellha gallarija fis-sular ta' fuq, taghti ghall- pjazza. Dawn it-tliet fundaturi kienu Gio Maria Abdilla (li fil-Gudja mgharuf bhala '' Ta' Bexxaq''), Anglu Dalli (li nafuh
bhala ''Josu'') u kif ukoll Carmelo Zammit (li nafuh bhala l-''Qondos''). L-ghan ewlieni li ghalieh giet mwaqqfa s-Socjeta' Muzikali La Stella li titwaqqaf orkestra biex fil-festa tal-Madonna tar-Ruzarju tibda idoqq gewwa l-knisja kif ukoll fil-festa ta barra. Hekk twieled Circolo Musicale La Stella, biex 1936, l-orkestra La Stella giet trasferita f' Banda. Pass ghaqli min missirijietna kien li min dar numru 1, Triq id-Dejqa giet trasferita billi krew din id-dar kbira fejn qieghdin illum f'numru 145, Triq il-kbira fil-pjazza tal-Knisja. Din id-dar antika kienet ir-residenza tal-kappillan u f'xi zmien iehor serviet bhala Muzew ghat-taghlim tad-duttrina lit-tfal. Fl-1971, il-kumitat, b' sagrificcji kbar, xtara din id-dar, biex b'ikunu jistghu jbidlu u jghamlu kostruzzjoni li jghoddu ghal kazin tal-banda. Inbnew zewg swali kbar, wahda isfel u ohra fuq. Fl-1986 il-kumitat tal-kazin,flimkien mad-delegati tan-nar xtraw hafna ghelieqi l' boghod,izda fil-limiti tal-Gudja, u bnew kmamar moderni fejn ikun jista' jinhadem in-nar, skond il-ligijiet tal-puluzija. Ix-xoghol tal-bini sar mill-istess dilletanti tan-nar u hekk illum, La Stella Fireworks Factory, hija wahda mill-izjed moderni u komdi li hawn f'Malta. Fl-1990 il-kumitat ta' dak iz-zmien xtara dar ohra antika, magenb u li tmiss mal-kazin, li fiha kien hemm gnien kbir u mill-ewwel inbidel f'bitha kbira ghal kazin.Il-hsieb imminenti kien li din id-dar antika tinhatt u jinbnew kmamar moderni, li huma ta' htiega ghal kazin tal-banda fiz-zminijiet tal-lum. Matul dawn iz-zminijiet tas-Socjeta' mifruxa fuq 95 sena s-Socjeta' La Stella kellha 12-il-membru li okkupaw il-kariga ta' President. Dawn kienu Gio Maria Galdes 1919-1924, Giuseppe Cutajar 1925-1927, Eugenio Micallef 1928-1934, Antonio Borg 1935-1936, Gio Maria Abdilla 1937-1948 u 1952-1960, Giovanni Sghendo 1949-1951, Magistrat Dr Gawdenz P Borg LLD 1960-1985, Giovanni Farrugia 1986-1989, Francesco Agius 1990-1993, Carmelo Pace 1994-2000, Salvatore Mifsud 2001-2002 u mill 2003-2013 Toninu Caruana. Mis-sena 2014 Michel Mifsud qieghed jokkupa din il-kariga li jigi it-tlettax il-president tas-Socjeta'. Is-Socjeta Filarmonika La Stella hija, kollha kemm hi taht id-direzzjoni assoluta tal-Kumitat Centrali, li jigi elett demokratikament bil-voti tas-soci.Il-Kumitat huwa maghmul minn 11 - il membru, fejn huwa responsabli ghall-amministrazzjoni, propjeta' u kull haga ohra li tikkoncerna il-Kazin. Din hija fil-qosor, l-istorja tas-Socjeta' Filarmonika La Stella tal-Gudja. Bhal ma wiehed jinnota, bhal hafna kazini tal-banda ohra f' Malta, s-Socjeta' La Stella twieldet mill-Fratellanza tal-Madonna tar-Ruzarju. Ghalhekk il-Kazin taghna jgawdi wkoll it-titlu sabih tal-Kazin tal-Madonna tar-Ruzarju.