28/06/2026
🇲🇹 AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinnotifika lill-pubbliku li, bħala miżura ta' prekawzjoni, l-għawm mhuwiex irrakkomandat minħabba tnixxija ta' drenaġġ fis-sit indikat.
Dan l-inċident jista' jaffettwa l-kwalità tal-ilma tal-għawm u jista' joħloq riskju għas-saħħa tal-għawwiema. L-EHOs qed iwettqu aktar investigazzjonijiet biex jiddeterminaw is-sors u l-estensjoni tal-kontaminazzjoni. F'dan l-istadju, it-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi previst.
Kodiċi tas-sit: C23
Lokalità Il-Bajja tal-Għażżenin, San Pawl il-Baħar
Tabelli li jindikaw iżżona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefown – 20954992 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal fuq https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.
🇬🇧 ENVIRONMENTAL HEALTH DIRECTORATE NOTICE
According to the Bathing Water Directive, the Environmental Health Directorate within the Superintendence of Public Health wishes to notify the public that, as a precautionary measure, bathing is not recommended due to an overflow of sewage into the sea in the site indicated.
This incident may affect bathing water quality and poses a potential risk to bathers' health. EHOs are carrying out further investigations to determine the source and extent of the contamination. At this stage, the duration of the contamination cannot be predicted.
Site Code: C23
Location: Il-Bajja tal-Għażżenin, San Pawl il-Baħar
Signs indicating the area have been fixed in the area. When the quality is restored, the signs will be removed, and another press release will be issued to notify the public that the site is again fit for bathing.
For further information, the public is kindly requested to contact the Environmental Health Directorate between 8:00 a.m. and 2:30 p.m. on telephone number 20954992 or by email on [email protected] . The public is also being invited to access the Directorate's page at https://www.facebook.com/EHDMalta or our official website at https://environmentalhealth.gov.mt or the EHD Bathing Portal on https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 for similar information.
Saħħa | Superintendence of Public Health