Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar Birżebbuġa

Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar Birżebbuġa Din l-Għaqda twaqqfet fl-4 ta' Settembru tal-1990 fi ħdan is-Soċjetá Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuġa A.D 1990.

Din l-Għaqda twaqqfet fl-4 ta' Settembru 1990, fi ħdan is-Soċjetá Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuġa A.D 1990. Ittella' diversi spettakli f'bosta rħula iżda l-iktar wieħed prinċipali u popolari huwa dak li jsir fil-ġimgħa tal-festa ta' San Pietru fil-Ktajjen, b'mod speċjali lejlet il-festa b'ħarqa nar tal-art mekkanizzat.

26/04/2026

L-ispettaklu preparat mill-pirotekniċi tal-Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar Birżebbuġa ilbieraħ ġewwa l-Port il-Kbir waqt il-Malta International Fireworks Festival.

Minn qalbna grazzi u proset!! 💚

L-aħħar preparamenti minn fuq il-barkun għall-ispettaklu ta’ għada ġewwa l-Port il-Kbir.Xogħol mill-membri tal-Għaqda ta...
24/04/2026

L-aħħar preparamenti minn fuq il-barkun għall-ispettaklu ta’ għada ġewwa l-Port il-Kbir.

Xogħol mill-membri tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar.

Malta International Fireworks Festival

21/04/2026

Għalqa u struttura fi Triq il-Brolli, Birżebbuġa mgħoddija lis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa.

Ilbieraħ 20 ta' April fis-sede tas-Soċjetà ġie ffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu l-awtorità tal-artijiet qed tgħaddi b'kirja għalqa u gun post li tinstab fiha, lis-Soċjetà li tinstab biswit l-art minn fejn l-istess soċjetà taħraq in-nar tal-ajru fil-granet tal-festa Titulari ta' San Pietru.

Dan ha jgħin għal aktar sigurtà waqt il-ħruq tan-nar tal-ajru. L-art fiha 350 metru kwadru u tinstab f'post li huwa f'pożizzjoni tajba biex in-nar ikun jidher mill-pjazza tal-knisja.

Il-kuntratt ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-awtorità tal-artijiet, is-Sur Robert Vella, mill-President tas-Soċjetà, s-Sur Alexander Caruana u mit-Teżorier s-Sur Walter Pace, fil-preżenza tal-Ministru għall-Kultura, Artijiet u Gvern Lokali, l-Onor. Owen Bonnici, kif ukoll fil-preżenza tal-membri tal-Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar Birżebbuġa.

Kultura
Artijiet

F’isem l-għaqda tagħna nixtiequ nawguraw lil sħabna Kamra Tan-Nar Madonna Tac-Cintura, Gudja għal għada, tas-sehem tagħh...
19/04/2026

F’isem l-għaqda tagħna nixtiequ nawguraw lil sħabna Kamra Tan-Nar Madonna Tac-Cintura, Gudja għal għada, tas-sehem tagħhom fil-Malta International Fireworks Festival ġewwa il-Port Il-Kbir

Nawguralom kull suċċess hbieb 💙💚

Ħidma kontinwa mill-pirotekniċi tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar għall-festa Titulari kif ukoll għall-ispettaklu ġewwa l-P...
18/04/2026

Ħidma kontinwa mill-pirotekniċi tal-Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar għall-festa Titulari kif ukoll għall-ispettaklu ġewwa l-Port il-Kbir waqt il-Malta International Fireworks Festival.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

L-Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar ser tkun qed tieħu sehem fil-Malta International Fireworks Festival ġewwa l-Port il-Kbir.Is...
17/04/2026

L-Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar ser tkun qed tieħu sehem fil-Malta International Fireworks Festival ġewwa l-Port il-Kbir.

Is-Sibt 25 ta' April

Minn qalbna nawguraw lill-pirotekniċi tagħna li bħalissa għaddejin bl-aħħar preparamenti għal dan l-ispettaklu.

Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990

Works in Progress !! 🎆🧨💚💛
08/03/2026

Works in Progress !! 🎆🧨💚💛

Minn qalbna nawguraw lil shabna tan-nar mill-Kamra Tan-Nar Madonna Tac-Cintura, Gudja ghal-harqa kbira preparata f’okkaz...
20/10/2025

Minn qalbna nawguraw lil shabna tan-nar mill-Kamra Tan-Nar Madonna Tac-Cintura, Gudja ghal-harqa kbira preparata f’okkazjoni tal-festa f’gieh il- Madonna tac-Cintura.

Awguri Hbieb 💚💙

Il-ħarqa preparata għal-lejla fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Girgor Tas-Sliema.
06/09/2025

Il-ħarqa preparata għal-lejla fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Girgor Tas-Sliema.

🟢 Ħarqa Nar tal-Art 🟢Għada s-Sibt, ġewwa Tas-Sliema għall-festa ta' San Girgor.
05/09/2025

🟢 Ħarqa Nar tal-Art 🟢

Għada s-Sibt, ġewwa Tas-Sliema għall-festa ta' San Girgor.

Address

Birzebbugia

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Għaqda tan-Nar 22 ta' Frar Birżebbuġa posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share