14/06/2026
🇲🇹 Sal-1921 iż-żjut kienu jaslu Malta f’tankijiet u fin-nuqqas ta’ moll il-bastiment kien jankra f’nofs il-port u dawn it-tankijiet kienu jitwasslu l-art permezz ta’ braken. Quddiem id-daħla tal-impjant kien inbena skall fejn isorġu dawn il-braken u minn hemm diversi irġiel kienu manwalment jirrumblaw dawn it-tankijiet lejn u minn l-impjant. Parti minn dan l-iskall għadha tidher taħt il-promenade li hemm illum. Għal diversi rġiel mir-raħal, dan kien mezz ta’ xogħol li kien isir fuq bażi ta’ domanda. L-istess impjant kellu wkoll razzett li fih kienu jinżammu bhejjem li wkoll kellhom irwol fit-trasport ta’ dawn it-tankijiet mobbli. (it-tieni parti)
🇬🇧 Until 1921, oil products arrived in Malta in storage tanks, and in the absence of a proper jetty, ships would anchor in the middle of the harbour while the tanks were brought ashore by barges. In front of the plant’s entrance, a landing place had been built where these barges would unload, and from there several men would manually roll the tanks to and from the depot. Part of this landing place can still be seen beneath today’s promenade. For many men from the village, this provided a form of employment that was carried out on a demand basis. The installation also had its own farm, where animals were kept and used in the transportation of these mobile tanks. (second part)