22/03/2026
Sa minn meta kont żgħir kelli n-namur fija lejn dan id-delizzju. Trawwimt il-mużew, dejjem niżbgħu l-pasturi u nagħmlu l-presepji. Wara għamilt żmien twil f’każin tal-banda fejn tgħallimt nagħmel kollox, minn injam sa ġibs u dawl. Imbagħad għamilt diversi korsijiet fejn tgħallimt ħafna affarijiet relatati ma’ dan ix-xogħol. Fil-każin tal-banda konna nagħmlu diversi wirjiet ta’ presepji u għal madwar ħmistax-il sena konna narmaw wirja tal-Ġimgħa l-Kbira. Imbagħad xtaqt li jkolli l-wirja personali tiegħi. Din is-sena hija t-tnax il-sena li qed narmaha hawn. Il-bidu kien ftit biered minħabba li s-sett tal-istatwi kien qed joħodli ħafna spazju u niftakar li kont armajtu fil-każin ta’ Santa Katarina taż-Żurrieq u ktibt ‘for sale’ fuqu sabiex ineħħih. Però l-bambin ried li jibqa’ għandi u fis-sena ta’ wara ommi qaltli sabiex narmawhom fil-garaxx. Għall-bidu kont se nagħmel erba’ mwejjed però spiċċajt bnejt din il-knisja. Niftakar li kien għeni ħafna l-artist Renzo Gauci (RIP) li kien issuġerieli kif għandi niżviluppa din il-knisja. Id-dawl hu l-ikbar uġigħ ta’ ras li fiha din il-knisja però l-affarijiet li tgħallimt meta kont il-mużew sibthom illum. Il-knisja fiha sett ta’ pittura tal-artist Marioric Mifsud, sett statwi ta’ Pawlu Aquilina komplut biċ-ċena fin-nofs u diversi fided u xogħlijiet oħra.
Jien propja minn Bir id-Deheb imma ġejna noqogħdu hawn meta kelli sitt snin, għalhekk jien trabbejt hawn. Niftakar il-bajja mingħajr ramel. Illum il-ġurnata Birżebbuġa m’għadhiex post ta’ villeġjatura imma post residenzjali s-sena kollha. Personalment, nippreferi l-Birżebbuġa fix-xitwa għax tkun iktar kwieta. Nixtieq nara iktar indafa fir-raħal, mhux għax ma jsirx, imma la tiżdied il-popolazzjoni ikun meħtieġ iktar xogħol. Birżebbuġa fiha diversi rikezzi naturali u storiċi li l-Birżebbuġin għandhom ikunu iktar konxji tagħhom.
Ludwig N. Desira
Since I was little, I always loved this hobby. I was raised at the Museum, painting the figurines and making the cribs. After, I spent a long time in a band club where I learned to do everything, from wood work to plaster and electricity. Then I made a lot of courses where I learned a lot of things related to this work. In the band club we used to do several crib exhibitions and for about 15 years we used to the Good Friday exhibition. Then I wished I had my own personal exhibition. This is the 12th year that I am doing it here. The beginning was a bit mild because the set of statues was taking up a lot of space and, I remember, I had put up the exhibition in St Catherine’s Band Club Żurrieq, and I wrote ‘For Sale’ on it because I wanted to get rid of it. But I was meant to keep it and the next year my mum told me to put up the exhibition in the garage. At the beginning I was going to put four tables but then I ended up building this church. I remember that the artist Renzo Gauci (RIP)had suggested how I should develop this church. The lighting is the biggest headache that this church has but I found useful the things I had learnt at the museum. The church has a set of paintings from the artist Marioric Mifsud, a set of statues of Pawlu Aquilina, complete with the Last Supper in the middle and several silver and other works.
I am originally from Bir id-Deheb but we came to live here when I was six years old, so I was raised here. I remember the bay without sand. Today Birzebbugia isn’t a plce where people come for the summer only but a residential place all year round. Personally, I prefer Birzebbugia in the winter because it is quiter. I wish to see more cleanliness in the village, not that it’s not being done, but since the population grows, more work needs to be done. Birzebbugia has several natural and historical riches which the people of Birzebbugia should be more aware of.
Ludwig Noel Desira