09/09/2026
𝐋-𝐀𝐇𝐇𝐀𝐑 𝐆𝐔𝐑𝐍𝐀𝐓𝐀 𝐓𝐀𝐋-𝐆𝐑𝐔𝐏𝐏𝐈
Illum tintlagħab l-aħħar ġurnata ta' partiti mill-fażi tal-gruppi tal-Kampjonat Nazzjonali "Champion ta' Malta"
𝘒𝘪𝘧 𝘫𝘨𝘩𝘢𝘥𝘥𝘶 𝘭-𝘱𝘭𝘦𝘫𝘦𝘳𝘴 𝘮𝘪𝘭𝘭-𝘨𝘳𝘶𝘱𝘱𝘪?
Il-plejer li jiġi l-ewwel fil-gruppi jgħaddi direttament għall-rawnd tal-Aħħar Sittax (Last 16). Dawk li jiġu t-tieni fil-grupp jilgħabu kontra min jiġi t-tielet fi grupp ieħor fir-rawnd ta' qabel il-Last 16, li jissejjaħ Pre-Last 16 Playoff. It-tmien rebbieħa minn din il-fażi jiltaqgħu mat-tmien plejers l-oħra li rebħu l-grupp rispettiv tagħhom.
𝘟'𝘫𝘪𝘨𝘳𝘪 𝘫𝘦𝘬𝘬 𝘪𝘬𝘶𝘯 𝘩𝘦𝘮𝘮 𝘱𝘭𝘦𝘫𝘦𝘳𝘴 𝘣'𝘱𝘶𝘯𝘵𝘪 𝘯𝘥𝘢𝘲𝘴 𝘧𝘪𝘭-𝘨𝘳𝘶𝘱𝘱?
Ir-regola prinċipali hija dejjem li jekk plejer ikun punti ndaqs ma plejer jew plejers, dejjem jgħodd l-ewwel il-konfront dirett ta' bejniethom. Dan ifisser li jekk Mark rebaħ lil John fil-gruppi iżda fl-aħħar tal-gruppi ġew b'punti ndaqs, jgħaddi Mark qabel John minħabba li fil-konfront ta' bejniethom Mark rebaħ.
Jekk ikun hemm 3 plejers li jkunu punti ndaqs, l-ewwel tiġi mħarsu r-regola tal-konfronti. Allura jekk Mark, John, u Alan ġew punti ndaqs, iżda Mark rebaħ lil John u Alan fil-gruppi, Mark jgħaddi l-ewwel wieħed, imbagħad jekk John rebaħ lil Alan, jgħaddi John bit-tieni. Alan jgħaddi t-tielet wieħed għax fil-konfront ta' bejniethom it-tlieta tilifihom kollha, anke jekk eventwalement spiċċa b'punti daqshom.
Jekk pero ikun hemm 3 plejers li jkunu punti ndaqs u fil-gruppi rebħu lil xulxin tintlagħab decider ta' Race to 3 frames u l-ewwel plejer li jirbaħ żewġ logħbiet infila jgħaddi bl-ewwel post, imbagħad jifdal decider bejn it-tnejn l-oħra għat-tieni post.
𝘒𝘪𝘧 𝘴𝘦 𝘫𝘪𝘭𝘨𝘩𝘢𝘣𝘶 𝘬𝘰𝘯𝘵𝘳𝘢 𝘹𝘶𝘭𝘹𝘪𝘯?
Kull round ikun bil-polza, jiġifieri, jekk għall-Pre-L16 Playoff hemm 8 plejers li ġew it-tieni u 8 plejers li ġew it-tielet, titla polza bejniethom ħalli min ġie t-tieni jilgħab bilfors kontra xi ħadd li ġie t-tielet u ma jilgħabx kontra plejer tal-istess grupp.
Fir-Round of 16 titla' polza sabiex tiżgura li min rebaħ il-grupp ma jiġix kontra xulxin. Pero' hawnhekk, jista' jagħti l-każ illi jiltaqgħu tnejn tal-istess grupp u dan għas-sempliċi raġuni li jaf ikollok tliet plejers mill-istess grupp li jgħaddu għar-Round of 16 u allura ma tkunx tista toqod tissepara l-gruppi wkoll hawnhekk. Il-prijorita tal-exception rule tal-polza hawnhekk hi li ma jiltaqgħux il-group winners fir-Round of 16.
Fir-Round of 16 tkun l-aħħar darba li titla' l-polza li tibqa' valida kif inhi sal-aħħar tal-kampjonat.
𝐃𝐀𝐓𝐈 𝐓𝐀𝐋-𝐋𝐎𝐆𝐇𝐎𝐁
Kif indikat aktar kmieni il-Kampjonat huwa skedat kif ġej:
L-Erbgħa 9 Settembru: Logħob tal-Gruppi
𝗗𝗘𝗖𝗜𝗗𝗘𝗥 𝗠𝗔𝗧𝗖𝗛𝗘𝗦 𝗧𝗢 𝗕𝗘 𝗣𝗟𝗔𝗬𝗘𝗗 𝗢𝗡 𝟬𝟵 𝗦𝗲𝗽 @ 𝟮𝟭:𝟬𝟬 𝗮𝗻𝗱 𝗢𝗡 𝟭𝟬 𝗦𝗲𝗽 @ 𝟭𝟳:𝟬𝟬
Il-Ħamis 10 Settembru: Pre-16 Playoff u Last 16
Il-Ġimgħa 11 Settembru: Kwarti tal-Finali
It-Tnejn 14 Settembru: Semi Finali
It-Tlieta 15 Settembru: Finali
Jekk pero id-decider matches jaqbżu s-sessjoni tal-5pm fl-10 ta' Settembru u allura jkun hemm bżonn aktar sessjonijiet, il-programm tal-logħob jiġi rivedut kif ġej:
Il-Ħamis 10 Settembru: Decides u Pre-16 Playoff
Il-Ġimgħa 11 Settembru: Last 16 u Kwarti tal-Finali
It-Tnejn 14 Settembru: Semi Finali
It-Tlieta 15 Settembru: Finali