Qalbanija // Missjoni 2023

Call Directions Contact the organisation

Qalbanija // Missjoni 2023 Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Qalbanija // Missjoni 2023, Ħaz-Zebbug.

Aħna grupp ta’ sittax-il żagħżugħ u żagħżugħa minn Ħaż-Żebbuġ li f’Lulju li ġej ser inkunu qegħdin nagħmlu esperjenza missjunarja ġewwa Durres, fl-Albanija, ma' tfal u żgħażagħ fil-komunitá. Żommu ruħkom aġġornati magħna!

Nhar it-28 ta' Ottubru 2023, il-Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ irikonoxxa x-xogħol li wettaqna fl-Albanija dan is-sajf. 🔰Graz...
12/11/2023

Nhar it-28 ta' Ottubru 2023, il-Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ irikonoxxa x-xogħol li wettaqna fl-Albanija dan is-sajf. 🔰

Grazzi mill-ġdid lil kull min ta il-kontribut tiegħu sabiex din l-għinuna f'Durres setgħet issir; dan hu rikonoxximent għalina lkoll bħala komunita' Żebbuġija.

Nhar il-Ħadd li għada; Maria spjegat ftit l-esperjenza volontarja li għamilna flimkien f’Lulju li għada mill-perspettiva...
25/10/2023

Nhar il-Ħadd li għada; Maria spjegat ftit l-esperjenza volontarja li għamilna flimkien f’Lulju li għada mill-perspettiva tagħha. 🗣️

Preżenti kien hemm ukoll diversi żgħażagħ oħra mill-istess grupp sabiex jipparteċipaw fil-quddiesa tad-9:30am; propju f’jum il-missjoni. ❤️

Rendikont finanzjarju għall-interess pubbliku; id-dħul finanzjarju u t-tqassim ta' spejjeż waqt l-esperjenza tagħna fl-A...
11/09/2023

Rendikont finanzjarju għall-interess pubbliku; id-dħul finanzjarju u t-tqassim ta' spejjeż waqt l-esperjenza tagħna fl-Albanija. ❤️

Grazzi għal darboħra lilkom kollha tad-donazzjonijiet u s-sehem f' attivitajiet ta' ġbir ta' fondi li għamlu din il-missjoni possibli. 🇦🇱

Bħal-lum xahar ilu qattajna l-aħħar lejl flimkien ġewwa l-Albanija! 🌃Illum erġajna ltqajna ftit flimkien. Grazzi Fr. Mar...
18/08/2023

Bħal-lum xahar ilu qattajna l-aħħar lejl flimkien ġewwa l-Albanija! 🌃

Illum erġajna ltqajna ftit flimkien.

Grazzi Fr. Mario tal-opportunita li tajtna! ❤️

28/07/2023

Il-ġimgħa l-oħra ġiet fi tmiema l-esperjenza missjunarja tagħna ġewwa Durres, l-Albanija. 📍

Hawn taħt tistgħu taraw il-mument li ġie inawgurat u imbierek il-bandli li saret il-manutenzzjoni fuqu flimkien ma tqegħid ta’ tapit ġdid. 🫶🏻

Tberik minn Fr. Mario Dimech.

Aħna wasalna 🇲🇹.Grazzi tal-appoġġ kollhu li sibna mingħandkom!
19/07/2023

Aħna wasalna 🇲🇹.

Grazzi tal-appoġġ kollhu li sibna mingħandkom!

Riflessjoni sabiħa fuq ix-xogħol li sar minna matul dawn l-għaxart ijiem tagħtina sodisfazzjon li bil-ftit li stajna rne...
19/07/2023

Riflessjoni sabiħa fuq ix-xogħol li sar minna matul dawn l-għaxart ijiem tagħtina sodisfazzjon li bil-ftit li stajna rnexxielna nagħmlu differenza! ⤵️

• Home-Visits ta’ kuljum mas-sorijiet ta’ Madre Tereża fil-partijiet rurali ta’ Lagje Mirdita.
• Rinovar tal-bandli f’ Lagje Mirdita b’ żebgħa, turf artifiċjali ġdid u passju.
• Manutenzjoni u xogħol ieħor f’ Lagje Mirdita.
• Għajnuna finanzjarja u materjali lill-Patrijiet Dumnikani.
• Żjara u quddiesa fil-kunvent tas-sorijiet ta’ Madre Tereża.
• Żjara u quddiesa animata fiċ-ċentru ta’ Shenavlash maż-żgħażagħ u s-sorijiet Kanossjani.
• Summercamp mat-tfal żgħar u ieħor mal-adoloxxenti.
• Viżta fiċ-ċentru ta’ tfal b’ diżabilita ta’ Qendra Zhvillimit.
• Lezzjonijiet ta’ mużika u arti mal-adoloxxenti f’ Lagje Mirdita.
• Organizzazjoni ta’ BBQ mal-patrijiet Dumnikani u l-helpers tagħhom, is-sorijiet Kanossjani u l-leaders tal-gruppi ta’ Lagje Mirdita u Shenavlash.
• Għotja ta’ rigali lit-tfal kollha li attendew is-summercamp.
• Investiment fuq televiżjoni 85”.
• Għotjiet finanzjarji lis-sorijiet Kanossjani u lis-sorijiet ta’ Madre Tereża.

Kellna ċans niffurmaw ruħna wkoll spiritwalment b’mumenti ta’ talb li komplew jgħinuna nwettqu l-missjoni tagħna. Missjoni li kinitx faċli iżda kollha kemm aħna sodisfatti u kuntenti! ❤️

19/07/2023

Illum waslet il-ġurnata li nirritornaw Malta wara l-esperjenza sabiħa li qattajna fl-Albanija. Nitilqu mill-ajruport ta’ Tirana fil-11am u ser inkunu qegħdin naslu Malta fil-5:45pm wara waqfa f’ Bari.

Esperjenza mill-isbaħ waslet fi tmiema!

🇦🇱 ➡️ 🇲🇹

Illum għalaqna l-aħħar investiment għat-tfal u żgħażagħ Albaniżi. 🇦🇱 Xtrajna televiżjoni 85”, bi kwalita tajba biżżejjed...
18/07/2023

Illum għalaqna l-aħħar investiment għat-tfal u żgħażagħ Albaniżi. 🇦🇱 Xtrajna televiżjoni 85”, bi kwalita tajba biżżejjed li ser ikun qiegħed iservi għal tul ta’ żmien.

Għaliex għażilna dan?
➡️ Televiżjoni fis-sala prinċipali tal-komunita’ ta’ Lagjja Mirdita ser ikun qiegħed jiffaċilita l-katekiżmu u t-tagħlim reliġjuż, jgħin fil-lezzjonijiet edukattivi ta’ matul is-sena u anki jintuża għal attivitajiet ta’ rikreazzjoni għal b***a żgħażagħ fix-xhur xitwin, f’ akwati li televiżjoni huwa lussu jew xiħaġa li ma tinstabx f’ kull dar.

Dan kollhu bis-saħħa tad-donazzjonijiet tagħkom matul ix-xhur ta’ preparamenti - grazzi mill-qalb! ❤️

Mumenti emozzjonanti waqt li bħalissa qegħdin ngħalqu uffiċjalment is-summercamp u l-attivitajiet kollha pjanati waqt di...
18/07/2023

Mumenti emozzjonanti waqt li bħalissa qegħdin ngħalqu uffiċjalment is-summercamp u l-attivitajiet kollha pjanati waqt din l-esperjenza.

Tawna sorpriża mill-isbaħ bi flokkijiet bi kliem sabiħ u ta’ kuraġġ miktub bil-Malti (li ħadd minna ma kien jaf biha) sabiex aħna niktbulom isimna fuqu u jżommu tifkira tagħna… ❤️

Dawn huma l-mumenti sbieħ li ngħixu għalihom - eżattament ’niżirgħu l-imħabba’.

Address

Ħaz-Zebbug

Telephone

+35699471200

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Qalbanija // Missjoni 2023 posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Qalbanija // Missjoni 2023:

Shortcuts

Share