Xagħra Għan-Nies

Xagħra Għan-Nies Contact information, map and directions, contact form, opening hours, services, ratings, photos, videos and announcements from Xagħra Għan-Nies, Nonprofit Organization, Xagħra.

Fi ħsibijietna għall-fejqan ta’ malajr u grazzi ta’ ħidmietkom.Heritage Malta
03/10/2025

Fi ħsibijietna għall-fejqan ta’ malajr u grazzi ta’ ħidmietkom.

Heritage Malta

Tgħid wasal iż-żmien biex inħarsu b’iktar reqqa wieħed mill-eqdem binjiet fid-dinja, li jinsab fil-qalba ta’ raħalna?L-i...
02/10/2025

Tgħid wasal iż-żmien biex inħarsu b’iktar reqqa wieħed mill-eqdem binjiet fid-dinja, li jinsab fil-qalba ta’ raħalna?

L-investiment li sar xi żmien ilu huwa pass tajjeb ħafna, pero hemm bżonn iktar, bħal tinda li tipproteġi kontra l-elementi.

Ġgantija Archaeological Park World Heritage Site | Heritage Malta | Xagħra Local Council

Fejn hemm bżonn li nfaħħru, infaħħru.Il-Gvern iddeċieda li jillimita t-tipjip f’Golden Bay u fil-bajja tant għal qalbna ...
21/09/2025

Fejn hemm bżonn li nfaħħru, infaħħru.

Il-Gvern iddeċieda li jillimita t-tipjip f’Golden Bay u fil-bajja tant għal qalbna x-Xagħrin, ir-Ramla l-Ħamra. Dan sar anke wara proposti mtellqa minn diversi amministrazzjonijiet lokali preżenti u passati, u minn hawn nirringrazzjawhom kollha.

Nemmnu li din id-deċiżjoni saret biex nipproteġu kemm l-ambjent u kemm s-saħħa pubblika. Dan juri kif miżuri ġodda, anke jekk jaffettwawna direttament xi ftit fil-bidu, jistgħu jwasslu għall-benefiċċji kollettivi ikbar fil-futur.

Spiss biex niksbu titjib fil-komunità neħtieġu sagrifiċċji żgħar. U din nifmuha.

Għalhekk aħna qed naħdmu biex nagħmlu l-Pjazza tagħna żona mingħajr karozzi b’mod permanenti. Spazju aktar sigur, nadif u pjaċevoli għax-Xagħrin, għar-residenti u għat-turisti, mill-ikbar sal-iżgħar.

Li nagħmlu l-pjazza ħielsa mill-karozzi b’mod permanenti m’huwiex biss suġġett ta’ traffiku jew konvenjenza. Huwa investiment fil-kwalità tal-ħajja tagħna, ambjent eħfef u spazju pubbliku sigur fejn nistgħu niltaqgħu, nieħdu nifs u mhux ngħixu fil-ġenn tal-karozzi, għaddejjin u pparkjati.

Those found smoking outside the designated areas will be fined €150.

Kif kullħadd jaf, il-Pjazza tax-Xagħra hija l-qalba ta’ raħalna u xhieda tal-identità kulturali, storika u soċjali tagħn...
16/09/2025

Kif kullħadd jaf, il-Pjazza tax-Xagħra hija l-qalba ta’ raħalna u xhieda tal-identità kulturali, storika u soċjali tagħna.

Fl-2016 sar proġett importanti ħafna tat-tibdil tal-wiċċ ta’ din il-Pjazza li kellu jinkludi wkoll it-tneħħija tal-wajers kollha mwaħħlin mal-bini, li ovvjament itappnu s-sbuħija tal-ambjent.

Sfortunatament, għaddew is-snin u din il-parti tal-proġett għada ma ġietx implimentata.

Illum il-ġurnata, ir-residenti u l-viżitaturi għadhom jaraw infrastruttura elettrika antika b’ħafna wajers mdendlin li, ejja tal-inqas ngħidu, m’humiex l-isbaħ veduta fid-dinja. Anke minkejja sistema ta’ culverts li hemm mgħoddija diġa.

Din is-sitwazzjoni ma naħsbux li hija aċċettabbli u nixtiequ nsaqsu għaliex il-wajers ma tneħħewx u għalfejn ma ġietx installata sistema ta’ dawl moderna (idealment minn taħt l-art) li propju issebbaħ iktar l-ambjent li tant jiġi frekwentat mir-residenti u minn eluf ta’ turisti kull sena.

Jekk hemm xi diffikultajiet tekniċi jew amministrattivi, huwa d-dritt tar-residenti li jiġu infurmati għalfejn dan baqa’ ma sarx.

Il-ħolma. Diffiċli? Ħafna. Impossibli? Le.
03/09/2025

Il-ħolma.

Diffiċli? Ħafna.

Impossibli? Le.

X’inhi mistoqsija mingħajr tweġiba jew soluzzjoni? Kemm il-darba aħna stess ngergru bis-sitwazzjoni preżenti u meta jiġi...
03/09/2025

X’inhi mistoqsija mingħajr tweġiba jew soluzzjoni?

Kemm il-darba aħna stess ngergru bis-sitwazzjoni preżenti u meta jiġi l-Pulizija jgħidilna biex nħarrku l-karozza għax qiegħda ħażin jew ma ngħatux kas jew mmorru nħarrku b’nofs qalb.

Minn hawn nsellmu lill-Forzi tal-Ordni stazzjonati x-Xagħra, preżenti u passati, li dejjem pruvaw jaraw li ma jkunx hemm wisq ostakli fil-pjazza tagħna u li jkollhom jaffaċjaw il-pubbliku li mhux dejjem ikun lest li jikkopera.

Pero’ wasal iż-żmien għall-azzjoni iktar konkreta.

Il-qalba tar-raħal tagħna għandha tkun spazju sigur, sabiħ u miftuħ għall-komunità – mhux għat-traffiku.

Biex il-Pjazza tax-Xagħra terġa’ ssir propjetà tan-nies u mhux tal-karozzi qed nippreżentaw xi soluzzjonijiet:

1) Għeluq parzjali u gradwali tal-pjazza għal ċerti ħinijiet kuljum jew xi ġranet fil-ġimgħa, bħal filgħaxijiet, biex kulħadd jibda jħoss iktar il-benefiċċji tal-ispazju mingħajr karozzi.

2) Parkeġġ organizzat u aċċessibli barra jew qrib iċ-ċentru.

3) Sinjaletika ċara - biex kulħadd jifhem fejn tista’ tippakkja u fejn le.

4) Konsultazzjoni mal-komunità u mal-kummerċjanti - biex kulħadd ikun parti mis-soluzzjoni.

5) Aktar attivitajiet fil-pjazza bħal suq lokali, wirjiet u spazji għat-tfal biex tiġi promossa bħala ċentru ta’ ħajja soċjali.

6) Sistemi teknoloġiċi ta’ moniteraġġ u kontrolli addatti speċifikament għall-karozzi.

Jekk tassew inħobbu lix-Xagħra, ejjew nieħdu azzjoni issa, mhux għada. Il-pjazza hija tagħna lkoll. Ejja nirrispettawha.

Hemm lok li l-Pjazza tagħna tingħalaq għall-karozzi?Il-Pjazza tax-Xagħra.L-ikbar. L-isbaħ. L-iktar pjazza ikonika.Bla du...
02/09/2025

Hemm lok li l-Pjazza tagħna tingħalaq għall-karozzi?

Il-Pjazza tax-Xagħra.

L-ikbar. L-isbaħ. L-iktar pjazza ikonika.

Bla dubju l-qalba tal-istorja u tal-kultura f’din il-gżira. Il-maġġoranza tat-turisti jgħaddu minnha, l-emigranti jħobbuha wisq. U għalina x-Xagħrin, ġawhra.

Iżda llum żgur li s-sitwazzjoni m'għadhiex sostenibbli. Il-kwantità ta' karozzi li jgħaddu minn din il-pjazza ta’ kuljum qabeż kull limitu aċċettabbli u l-parkeġġ bl-amment mingħajr l-ebda sorveljanza qiegħed jipperikola l-iktar għan fundamentali li pjazza għandha sservi. Dik li nies ta’ kull eta’, mill-ikbar sal-iżgħar, familji bit-tfal, negozji u iktar jiġu sabiex jissoċjalizzaw bla ebda ħsieb ieħor.

F’ambjent sigur, kalm u li jgħati nifs.

Kemm tgħaddi s’hawn is-Sibt filgħodu u tara b’għajnejk. Is-sitwazzjoni attwali hija stressanti, mhux biss għall-anzjani, imma għall-ħaddiema, negozji, u l-familji. In-norma hi n-nuqqas ta' dixxiplina fil-parkeġġ, u l-infurzar mhux ikollu l-effett dovut.

Nifmhu li hemm bżonn pjan, rotot alternattivi, post ta’ parkeġġ kbir fil-qrib u iktar informazzjoni aċċessibbli għal kullħadd.

Ilu kienet tingħalaq regolarment. Issa rarament.

Kull ma qed nagħmlu hu li nsaqsu mistoqsija:

Għandna dritt għal-spazju miftuħ, ħieles mill-karozzi fil-qalba tar-raħal tant sabiħ tagħna?

Jekk le, nifmhu. Jekk iva, hemm bżonn issir xi haġa issa.

Address

Xagħra

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Xagħra Għan-Nies posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Share