22/09/2026
🌸 Infjorata oħra fir-Rabat! 🌸
Għal sena oħra, il-Kunsill Lokali tar-Rabat reġa’ stedinna biex nagħmlu Infjorata u għal darb’oħra kienet opportunità li ħadna bi pjaċir u b’ħafna entużjażmu. ❤️
Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min ta sehmu biex din l-Infjorata setgħet issir. Kull min għen, kemm bix-xogħol, bil-ħin, bl-ideat u bid-dedikazzjoni tiegħu, kien parti importanti minn dan ix-xogħol sabiħ.
Mhux dejjem faċli, u kultant ikollna ċerti kundizzjonijiet li jagħmlu x-xogħol aktar diffiċli, imma meta nkunu flimkien u kull wieħed jagħti sehmu, jirnexxilna noħolqu xi ħaġa tassew sabiħa. 🌺
Prosit lilkom ilkoll u grazzi mill-qalb! ❤️
Grazzi wkoll lill-Kunsill Lokali Rabat tal-fiduċja u tal-opportunità li għal sena oħra tajna l-ħajja lil din l-Infjorata.
Grazzi lil dan it-tim sabiħ tal-Infjorata Rabat! 🌸❤️