Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri

Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri Il-paġna uffiċjali tas-Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri fi ħdan l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici, Ħal Qormi Fil-fatt hekk kien sar u nħatar il-kavallier John. M.

Mill-bidu nett mit-twaqqif tal-banda Anici nħass il-bżonn li ż-żgħażagħ li kienu qegħdin jiffrekwentaw is-soċjeta' jinġabru numru minnhom u tiġi ffurmata Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici. Spiteri bħala l-ewwel Chairman ta' din is-sezzjoni. Tajjeb li nsemmu li din mhux kariga waħdanija li kellu fir-responsabilta tiegħu il-kavallier Spiteri. Barra li hu wieħed mill-erba' funda

turi kien ukoll fejn għadu sal-lum Direttur Ġenerali, Chairmann tal-Kummissjoni Banda w Arkivista. Kif kien mitlub jagħmel ippropona xi żgħażagħ li l-aktar kienu entużjasti biex b'hekk ġiet iffurmata is-sezzjoni żgħażagħ. L-ewwel kariga ta' segretarju ta' din is-sezzjoni okkupata sinjorina li llum miżżewġa u tgħix fl-Awstralja din kienet is-sinjorina Dr. Ġekonda Mifsud li llum insibuha fil-karriera professjonali ta' Avukata. Tajjeb li nsemmu li fil-bidu din is-sezzjoni kienet tissejjaħ bħala sotto-kumitat żgħażagħ banda Anici li kienet iffurmata fost sotto-kumitati oħra fi ħdan l-għaqda. Maż-żmien din bdiet tissejaħ bħala Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri Banda Anici fejn hekk għadha magħrufa sal-lum. Fattur importanti, li nsibu f' din is-sezzjoni hija li kienet l-ewwel waħda li ġiet iffurmata fi ħdan għaqda fil-Paroċċa tagħna. Fattur ieħor importanti fl-istorja ta' din is-sezzjoni kif diġa rajna, maż-żmien kienu jokkupaw membri fi ħdanha żgħażagħ ta' integrita kbira u llum insibu wħud minnhom bħal avukati, saċerdoti, u oħrajn li kisbu karriera ta' livell għoli fid-dinja tax- xogħol. Minn dan kollu juri biċ-ċar li din is-sezzjoni dejjem kienet iffurmata minn żgħażagħ intelliġenti, edukati u kapaċi. L-iskop ewlieni ta' din is-sezzjoni l-ewwel u qabel kollox kien li jsibu kenn fis-soċjeta' u jitbegħdu minn vizzji qerrieda li b' ħasra kbira ħafna żgħażagħ tilfu id-dinjita tagħhom. Iżda mhux hekk biss, il-ħeġġa taz-żgħożija tagħti stimolu qawwi għal enerġija u entużjażmu u skop ieħor ta' din is-sezzjoni hu, li torganizza il-briju waqt il-marċi mill-Banda Anici. Permezz ta' diversi attivitajiet li torganizza tkun tista tiġbor fondi biex b'hekk jagħmlu tajjeb għal ispejjeż iżda mhux hekk biss. Din is-sezzjoni minn dejjem ħasbet sa biex tnaqqax isimha f'diversi opri fil-każin u b'hekk tkompli turi l-maturita' u serjeta' fit-tmexxija tagħha. Tajjeb li nsemmu s-sehem f'dawn l-opri ewlenija kienet li ħarġet parti mill-ispejjeż biex saret l-istatwa' ta' San Ġorġ Marti li saret fil-bitħa tal-każin fl-1998, insemmu wkoll il-bust ta' Carmelo Spiteri fl-2000 li kien wieħed mill-erba' fundaturi, l-ewwel segretarju u l-ewwel bandist tal-għaqda. Dan il-bust insibuħ fis-sala tal-kunċerti li hija msemmija għalih. F'din l-istess sala fl-2005 tpoġġiet opra oħra li ngħatat mis-sezzjoni, liema opra kienet tikkonsisti f'arloġġ u mejda prezzjużi u żewġ kandilabri li jikkumplementaw ma' l-arloġġ

Din is-sezzjoni fl-2004 kienet ukoll irregalat l-ewwel website tal-Għaqda. Kienet hi li ħarġet bl-idea u wara li l-amministrazzjoni tagħat l-għajnuna u l-approvazzjoni tagħha għadna ngawduha sal-lum. Din il-website illum taqa' taħt ir-responsabilta' tal-kumitat aministrattiv. Imma jekk insemmu kollox u inħallu barra id-deversi sorpriżi li għamlet din is-sezzjoni waqt il-marċi brijjużi tal-Banda Anici nkunu ħallejna punt importanti ieħor f'din l-istorja ta' din is-sezzjoni. Minn barra li ta' kull sena tagħmel drapp ġdid ta' bnadar u bandalori li jinġarru waqt il-marċi għamlet ukoll diversi umbrellel li nbidlu u żdiedu matul is-snin. Insibu wkoll diversi pitturi fuq l-istess Armar u tant ħwejjeġ oħra, iżda ħaġa li tispikka f'din is-sezzjoni hija l-organizzazjoni brijjijuża fil-marċ tal-Gimgħa, l-aħħar jum ta' tridu fil-festa titulari. F'dan il-marċ dejjem tatna sorpriżi fost l-akbar u l-aktar li baqa' jisemmha hija ir-replika tal-faċċata tal-każin fl-2004, u ir-replika tal-faċċata tal-Knisja Arċimatriċi ta' San Ġorġ Martri fl-2012 li it-tnejn kienu magħmula mill-ġeblow u l-injam. Interessanti wkoll illi dak kollhu li għamlet din is-sezzjoni għamluh il-membri tagħha, xiedha ta' dan hu li fis-sena 2005 kienet ukoll ġiet ikkumisjonata tagħmel armar għal festa ta' Stella Maris f'tas-Sliema. Dak kollhu juri il-ħeġġa u il-kapaċita ta' żagħażgħ Stillieri li tant għandhom għal qalbhom il-Banda u l-Festa ta' San Ġorg Martri li hu wkoll il-patrun ta' l-Għaqda Mużikali Anicċi u tal-Belt Pinto.

Address

Qormi

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Sezzjoni Żgħażagħ Stillieri:

Share