Fratellanza tas-Santissimu Sagrament - Knisja Kolleġġjata Qormi San Ġorġ

  • Home
  • Malta
  • Qormi
  • Fratellanza tas-Santissimu Sagrament - Knisja Kolleġġjata Qormi San Ġorġ

Fratellanza tas-Santissimu Sagrament - Knisja Kolleġġjata Qormi San Ġorġ Fratellanza tas-Santissimu Sagrament ġewwa l-Kolleġġjata, Arcimatrici u Arcipretali ta’ San Ġo

14/06/2026
🔥Festa Qalb ta' Ġesù.🔥O Qalb ħanina li mill-jasar fdejtLill-bnedmin kollha li bla tarf ħabbejt,Kebbes lil qlubna, miġbur...
14/06/2026

🔥Festa Qalb ta' Ġesù.🔥

O Qalb ħanina li mill-jasar fdejt
Lill-bnedmin kollha li bla tarf ħabbejt,
Kebbes lil qlubna, miġburin f’riġlejk,
Bin-nar ta’ mħabbtek sabiex nersqu lejk!

Ġesù, ħallina niġu ħdejk fis-skiet
Biex aħna nieklu
Mill-Ħobż tas-smewwiet,
Fik biss il-ħajja, fik id-dawl u l-ġid,
Inti ta’ qlubna l-egħżeż Qalb u s-Sid!’

Xi ġmiel, xi ħlewwa meta fuq l-Artal
Int tistenniena minn ġo dik id-Dar,
O Qalb ħanina, għid xi tridna ntuk;
Din qalbna ċkejkna sabiex inħobbuk.

W. J. Maher SJ

Il-Ħdax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena.F’dak iż-żmien, Ġesù ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħa...
13/06/2026

Il-Ħdax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena.

F’dak iż-żmien, Ġesù ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj.

Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu:

“Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu”.

Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex inti ġġagħlni nagħraf l-i...
13/06/2026

Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex inti ġġagħlni nagħraf l-imħabba tiegħek lejna kreaturi tiegħek.

Ammen.

(Mill-kitba ta' San Ġorġ Preca)
(Ritratt ta' Silvio Pace )
__________________________________________________

FESTA TAL-QALB TA' ĠESÙ

-Il-Ħadd 14 ta' Ġunju-

16:00 Adorazzjoni
16:30 Għasar
17:00 Quddiesa Kantata

Wara purċissjoni bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina li tgħaddi minn Triq il-Kardinal Xiberras, Pjazza Federico Maempel, Triq l-Isqof Scicluna, Triq Anici, Triq il-Kbira sal-Knisja.
Parroċċa San Ġorġ, Ħal Qormi

Ħadd ma jista’ jidħol fir-renju tal-vera paċi tant f’din id-dinja kemm fl-oħra ħlief min hu tassew devot lejn il-Qalb l-...
12/06/2026

Ħadd ma jista’ jidħol fir-renju tal-vera paċi tant f’din id-dinja kemm fl-oħra ħlief min hu tassew devot lejn il-Qalb l-Iżjed Imqaddsa ta’ Ġesu’ Kristu.

"Itgħallmu minni għax jiena għandi qalbi mansweta u umli u intom issibu l- mistrieħ għal ruħkom”.
(Matt 11, 29)

Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex inti toħloq fija qalb pura u safja.

Ammen.

__________________________________________________

FESTA TAL-QALB TA' ĠESÙ
Il-Ħadd 14 ta' Ġunju

16:00 Adorazzjoni
16:30 Għasar
17:00 Quddiesa Kantata

Wara purċissjoni bis-sehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina li tgħaddi minn Triq il-Kardinal Xiberras, Pjazza Federico Maempel, Triq l-Isqof Scicluna, Triq Anici, Triq il-Kbira sal-Knisja.

“Ma Nafx Nitlob…” — Qatt għidtha din?Ħafna drabi, meta nkunu ħa nużaw oġġett, kultant qisu neħlu u jekk inkunu għadna ma...
08/06/2026

“Ma Nafx Nitlob…” — Qatt għidtha din?

Ħafna drabi, meta nkunu ħa nużaw oġġett, kultant qisu neħlu u jekk inkunu għadna ma armejniehx, nirrikorru għall-manwal.

Kultant meta niġu biex nitolbu jiġrilna l-istess u l-eħfef ħaġa tkun li tgħid, "jien ma nafx ngħid kelma mal-Mulej, ghalhekk ma nitlobx". B'hekk inkunu qed nitilfu l-esperjenza personali tagħna ma' Alla.

Għalhekk il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament ħejjiet ktejjeb ta’ riflessjonijiet biex jgħinek tibda dan id-djalogu mal-Mulej. Mhux ktieb tat-talb, imma gwida biex jgħinek tiftaħ qalbek u toħloq ħsibijiet personali mal-Mulej.

Il-polz ivarja skont l-emozzjoni li qed tħoss, għalhekk meta tmur fil-kappella tas-Sagrament f' San Pietru, ieqaf ftit, aħseb x'qed tħoss u iftaħ dan il-ktejjeb u sib x'jgħodd għalik.

Tista’ tniżżel il-ktejjeb minn dan il-link: https://bit.ly/43Tyiez

Minn hemm ’il quddiem… f’idejk u f’idejH.
Parroċċa San Ġorġ, Ħal Qormi
Kan Dun Mario Mangion

✨"L-isbaħ ġurnata ta' ħajti, meta għamilt l-Ewwel Tqarbina."✨-San Domenico Savio 🙏Awguri lit-tfal li se jirċievu l-Ewwel...
07/06/2026

✨"L-isbaħ ġurnata ta' ħajti, meta għamilt l-Ewwel Tqarbina."✨-San Domenico Savio

🙏Awguri lit-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina ilum fil-Parroċċa San Ġorġ, Ħal Qormi 🙏🏻.

Dawn huma xi affarijiet li San Domenico Savio xtaq iwiegħed lil Ġesu’ f'dan il-jum speċjali:

1️⃣Jmur iqerr u jitqarben spiss. ⛪

2️⃣Jħares l-Ħdud u l-Festi Kmandati 📆.

3️⃣Jżomm lil Ġesu’ u lil Marija bħala🫂 l-ħbieb tiegħu.

4️⃣Jippreferi li jmut milli jagħmel id-dnub.😇

🌾🍇Is- solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Kristu.🍇🌾 “Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jieko...
06/06/2026

🌾🍇Is- solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Kristu.🍇🌾

“Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja”

05/06/2026

lbieraħ, 4 ta’ Ġunju 2026, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Corpus Christi fil-parroċċa tagħna.

Waqt il-funzjoni, ġie ipprofessat is-Sur Joseph Scicluna fi ħdan il-Fratellanza.

B'turija ta’ apprezzament, irringrazzjajna lil xi membri fil-paroċċa li dejjem taw l-appoġġ tagħhom lejn il-Fratellanza tagħna.

Iżżanżnu sett ta’ xemgħat ġodda li ġew iregalati minn Joseph Pace fratell fi ħdan il-fratellanza, kif ukoll ġie ppubblikat fuljett żgħir li wieħed jista’ jsib fil-Kappella ta’ San Pietru, bħala gwida għall-meditazzjoni u riflessjoni meta jkun quddiem l-Ewkaristija għall-adorazzjoni, bl-isem il-Polz.

Wara l-quddies saret il-purċissjoni bis-Sagrament Imqades u bis-sehem tal-fratellanzi, il-kleru tal-Parroċċa u l-Banda Anici, li akkumpanjat il-purċissjoni.

Fejn eżżatament wara l-purċissjoni sar festin ghal dawk preżenti sabiex niċċelebraw din il-festa flimkien.

Ilbieraħ, 4 ta’ Ġunju 2026, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Corpus Christi fil-parroċċa tagħna.Waqt il-funzjoni,  ġie ippro...
05/06/2026

Ilbieraħ, 4 ta’ Ġunju 2026, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Corpus Christi fil-parroċċa tagħna.

Waqt il-funzjoni, ġie ipprofessat is-Sur Joseph Scicluna fi ħdan il-Fratellanza.

B'turija ta’ apprezzament, irringrazzjajna lil xi membri fil-paroċċa li dejjem taw l-appoġġ tagħhom lejn il-Fratellanza tagħna.

Iżżanżnu sett ta’ xemgħat ġodda li ġew iregalati minn Joseph Pace fratell fi ħdan il-fratellanza, kif ukoll ġie ppubblikat fuljett żgħir li wieħed jista’ jsib fil-Kappella ta’ San Pietru, bħala gwida għall-meditazzjoni u riflessjoni meta jkun quddiem l-Ewkaristija għall-adorazzjoni, bl-isem il-Polz.

Wara l-quddies saret il-purċissjoni bis-Sagrament Imqades u bis-sehem tal-fratellanzi, il-kleru tal-Parroċċa u l-Banda Anici, li akkumpanjat il-purċissjoni.

Fejn eżżatament wara l-purċissjoni sar festin ghal dawk preżenti sabiex niċċelebraw din il-festa flimkien.

Parroċċa San Ġorġ, Ħal Qormi
Kan Dun Mario Mangion

Address

95 Ufficju Parrokjali, Triq San Gorg
Qormi
QRM1239

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Fratellanza tas-Santissimu Sagrament - Knisja Kolleġġjata Qormi San Ġorġ posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Fratellanza tas-Santissimu Sagrament - Knisja Kolleġġjata Qormi San Ġorġ:

Share