Għaqda Qniepen Qala

Contact the organisation

Għaqda Qniepen Qala Il-paġna uffiċċjali tal-Għaqda Qniepen Qala. Sabiex tikuntatjawna, ibgħatulna messaġġ fuq din il-paġna stess.

30/09/2026

🎄✨ L-aħħar żewġ postijiet! ✨🎄

🪵🏠 Kors tal-Presepji organizzat minn Għimmanu-El Għaqda Presepisti Għajnsielem Għawdex Malta, flimkien mal-Għaqda Armar San Ġużepp – Qala.

🎄✨ Last two places! ✨🎄

🪵🏠 *Nativity Scene Making Course* organised by *Għimmanu-El Għaqda Presepisti Għajnsielem Għawdex Malta*, together with *Għaqda Armar San Ġużepp – Qala*.

27/09/2026

Parti mid-daqq għall-purċissjoni bl-inkwadru Mirakoluż tal-Madonna tas-Saħħa

L-Għaqda Qniepen Qala qed tagħmel sejħa għall-daqqaqa tal-qniepen. Min hu nteressat li jidħol ġo l-Għaqda jibgħat messaġ...
09/09/2026

L-Għaqda Qniepen Qala qed tagħmel sejħa għall-daqqaqa tal-qniepen. Min hu nteressat li jidħol ġo l-Għaqda jibgħat messaġġ privat fuq din il-paġna, jew ikellem lil xi membru tal-Għaqda.

Inħeġġu lill-kulħadd, speċjalment liż-żagħżagħ sabiex jinaqgħdu magħna.

08/08/2026

L-arloġġ idoq wara l-proġett li sarlu.

Il-proġett tat-tindif u restawr tal-arloġġ tal-aħwa Suban wasal fi tmiemu.F’dan il-proġett saru ħafna xogħolijiet profes...
06/08/2026

Il-proġett tat-tindif u restawr tal-arloġġ tal-aħwa Suban wasal fi tmiemu.

F’dan il-proġett saru ħafna xogħolijiet professjonali u mill-aqwa mingħand C.Schembri Watchmakers. Ix-xogħolijiet li saru juru lilhom infusom. Nirrigrazzjaw ukoll lill-Arċipriet u lill-kleru, u kif ukoll lil dawk il-persuni li taw kull għajnuna f’dan il-proġett.

Xogħolijiet illi ġew imweqta:
- Tnaddaf il-makkinarju kollu,
- Tneħħa sadid superfiċjali, u ngħatat żebgħa ġdida fejn kien hemm ħadid mikxuf,
- Ġew frisksti l-kaminijiet, u l-imrietel ġew bilanċjati kif suppost,
- Inqalgħu l-minutiri tal-arloġġ tal-faċċata tal-Knisja u ngħataw trattament,
- Iżżarmat il-magna li ddawwar l-idejn, u x-xaftijiet ġew milbusa b’lastku apposta sabiex jipproteġiehom mit-tfarfir tal-ġebla,
- Ġiet maħduma virga ġdida għad daqq tas-siegħat, u l-virga tad-daqq tal-minuti ġiet modifikata sabiex titnaqqas il-frizzjoni,
- Kull tip ta’ mekkaniżmu ingħata żejt apposta,
- Id-daqq u l-ħin li jidher fil-faċċata tal-Knisja ġew sinkronkzzati ma xulxin,
- Ingħatat żebgħa ġdida lill-imrietel tad-daqq, kif ukoll ġew installati żewġ mollol ġodda għal taħt l-imrietel magħmulin minn materjal apposta.

B’hekk, aħna u aktar ġenerazzjonijiet li ġejjin ikunu jistgħu jkomplu jgawdu l-wirt storiku li r-raħal tagħna joffri.

Hekk kif il-proġett tat-tindif u restawr tal-arloġġ tal-Knisja Arċiprietali tal-Qala qed joqrob sabiex jitlesta, inħarġu...
05/08/2026

Hekk kif il-proġett tat-tindif u restawr tal-arloġġ tal-Knisja Arċiprietali tal-Qala qed joqrob sabiex jitlesta, inħarġu żewġ artikli interessanti dwar it-tindif u r-restawr tal-arloġġ u dwar l-istorja tiegħu, u fuq l-aħwa Suban.

Nirrigranzjaw lil C.Schembri Watchmakers tax-xogħolijiet li qed jagħmlu.

03/08/2026

U b’hekk il-festa tal-2026 ġiet fi tmiema.

L-Għaqda tixtieq tirringrazzja lill-voluntiera kollha li taw semhom fid-daqq tal-qniepen, kif ukoll lill-għaqdiet tar-raħal u persuni oħra talli taw semhom f’din il-festa.

Dan il-filmat huwa parti tad-dħul tal-istatwa.

01/08/2026

Lejlet il-festa 💙🤍

29/07/2026

Illum l-ewwel jum tat-Tridu 💙

Parti minn l-ewwel mota ta’ nofsinhar.

26/07/2026

Il-qanpiena l-kbira 🔔

Din hija il-ħames qanpiena minn sett ta’ ħamsa li huma tad-ditta Barigozzi. Il-qanpiena ġiet imsemmija “Salvatur”.

Ħafna minn nies jgħidu li din il-qanpiena mhux biss iddoqq, iżda tipproduċi l-mużika.

Address

Qala

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Għaqda Qniepen Qala posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Għaqda Qniepen Qala:

Shortcuts

Share