26/05/2024
Peress li kien hemm min staqsieni fuq il-proposti tieghi la darba inkun fil-Kunsill Lokali, ser inkun qed nipprezenta xi prijoritajiet li ser nahdem biex isiru gewwa l-Imgarr. Hafna minnhom huma ovvji u li kulhadd jitkellem fuqhom, imma ghal xi raguni jew ohra ma sarux jew ma jridux jaghmluhom.
Illum ser insemmi zewg proposti, pero fil-jiem li gejjin ser inkun qed insemmi diversi ohrajn:
1. Fl-Imgarr ilu jinhass il-bzonn ta’ organizzazzjoni ahjar ta’ traffiku, u kellna wisq incidenti fit-toroq taghna, u allura zgur li ma nistghux nibqghu nipposponu jew nibzghu niehdu d-decizjonijiet.
Ghalekk, se nara li ssir sistema ta’ Traffic Management holistika fl-Imgarr (fejn hemm bzonn isiru anke One Ways jekk ikunu jaghmlu sens prattiku). Dan il-pjan isir b’konsultazzjoni ma’ esperti fis-settur tal-immaniggjar tat-traffiku u fl-ippjanar urban, u ma’ Transport Malta, pero l-pjan finali jsir WARA konsultazzjoni mar-residenti tal-Imgarr. Id-decizjoni finali ma tkunx minni jew mill-Kunsill Lokali, izda mir-residenti tal-Imgarr stess permezz ta’ konsultazzjoni serja u effettiva. L-iskop huwa li t-traffiku jimxi ahjar u b’inqas periklu fit-toroq taghna, specjalment ghall-anzjani u t-tfal li juzaw it-toroq.
2. Is-sistema ta’ hrug u dhul fl-Imgarr trid tinbidel u ssir wahda taghmel sens. Kif inhi bhalissa tirrikjedi hafna dawrien fil-vojt u f’certu hinijiet jinholoq hafna traffiku ghalxejn.
Zgur li n-naha tal-Palma u l-hrug minn Triq il-Banjijiet Rumani ma jistghux jibqghu perikoluzi kif inhuma, u min hiereg mill-Imgarr ma jistghax jibqa’ jistenna tul ta’ hin ghax kif inhuma t-toroq illum qatt ma jkollu opportunita li johrog.
Apparti minn hekk, il-hrug minn naha taz-Zebbiegh huwa redikolu u ma jistghax jibqa’ kif inhu. Dan sar pjan hazin immens minn x hadd li probabli lanqas biss jersaq lejn l-Imgarr u m’ghandux idea tal-bzonnijiet tal-Imgarr, u qed ibatu l-konsegwenzi r-residenti tal-Imgarr kull filghodu meta jigu biex johorgu ghax-xoghol. Din kienet froga li saret minn Transport Malta u li l-Kunsill Lokali ppermetta li jsir dan id-dizastru.
Inwieghed li din trid tissolva bi prijorita. Diga rajt diversi soluzzjonijiet minn Periti fix-xoghol tat-toroq u wara li ssir konsultazzjoni kif suppost biex naraw liema soluzzjoni tkun l-izjed effettiva, naraw li din tigi implimentata malajr kemm jista’ jkun.
Is-soluzzjoni tigi mplimentata mill-Kunsil Lokali u mhux minn xi entita jew xi dipartiment li ma jimpurtahx mill-Imgarr u r-residenti. Mhux se naccetta proposti li jiddeciedi xi individwu f’entita b’ghajnejja maghluqa.
Jiddeciedu r-residenti. Jiddeciedu l-Imgarrin.
Gordon Said Kunsill Lokali tal-Imġarr - Imgarr Local Council