Venerabbli Konfraternità tas-Santissimu Sagrament, Qrendi - Malta

Call Contact the organisation

Venerabbli Konfraternità tas-Santissimu Sagrament, Qrendi - Malta Welcome to our Official page. Rettur - Nicholas Abdilla
Segretarju - Mario Sciberras
Kaxxier- Emanuel Muscat

Il-Venerabbli Konfraternità tas-Santissimu Sagrament giet imwaqqfa fl-1630 fil-Knisja parrokjali ta' Santa Marija Assunta tal-Qrendi. The Venerable Confraternity of the Holy Sacrament was founded in 1630 in the parish church of the Assumption of our lady, in the village of Qrendi - Malta.

Illum niftakru f'dawk li għaddew għall-ħajja ta' dejjem qabilna.Fi ħsiebna fratelli u konsorelli li għaddew minn dan il-...
02/11/2026

Illum niftakru f'dawk li għaddew għall-ħajja ta' dejjem qabilna.

Fi ħsiebna fratelli u konsorelli li għaddew minn dan il-wied tad-dmugħ kif ukoll il-qraba kollha tagħna li marru biex igawdu lill-Ħallieq.

Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta' dejjem,
id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom,
jistrieħu fis-sliem.
Ammen.


Parroċċa Santa Marija Qrendi

Bħal-lum 76 sena l-Papa Piju XII kien iddikjara solennament li Marija Santissima, wara li temmet ħajjitha fuq din l-art,...
01/11/2026

Bħal-lum 76 sena l-Papa Piju XII kien iddikjara solennament li Marija Santissima, wara li temmet ħajjitha fuq din l-art, ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem.

Din id-domma ta' fidi tinsab fl-Enċiklika Munificentissimus Deus u kien jixraq li l-Papa Piju XII jagħmel din id-dikjarazzjoni f'jum il-Qaddisin kollha li qed niċċelebraw illum.

Nistednukom sabiex dalgħodu lkoll nieħdu sehem fil-quddiesa li tibda fl-10:00 fil-Knisja Parrokjali Santa Marija (Parroċċa Santa Marija Qrendi) ħalli flimkien nirringrazzjaw lil Alla tal-għerf li ta lill-istudjużi tal-Knisja Kattolika u lill-Papa Piju XII sabiex bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu l-avveniment li Marija ttellgħet is-sema bir-ruħ u bil-ġisem jitqies bħala domma ta' fidi.


fans

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔Wasalna fl-aħħar ġurnata t'Ottubru, ix-xahar iddedikat lil Ommna tar-Rużarju.Im...
31/10/2026

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔

Wasalna fl-aħħar ġurnata t'Ottubru, ix-xahar iddedikat lil Ommna tar-Rużarju.

Imxejna mixja ta' 31 ġurnata flimkien ma' Marija fejn matulha rriflettejna dwar kull misteru tar-Rużarju.

Għalkemm ix-xahar t'Ottubru spiċċa, ir-Rużarju għandu jibqa' parti integrali mit-talb tagħna ta' kuljum. Xejn ma jagħti gost aktar lil Marija milli ta' kuljum insellmulha permezz ta' din it-talba sabiħa, rikka u qawwija.

Sliem għalik Marija,
bil-grazzja mimlija,
il-Mulej miegħek.
Imbierka inti fost in-nisa
u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.

Qaddisa Marija Omm Alla
itlob għalina midinbin,
issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna.

Ammen.


Parroċċa Santa Marija Qrendi

Parroċċa Santa Marija Qrendi
31/10/2026

Parroċċa Santa Marija Qrendi

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔𝑰𝒍-Ħ𝒂𝒎𝒆𝒔 𝑴𝒊𝒔𝒕𝒆𝒓𝒖 𝒕𝒂𝒍-𝑮𝒍𝒐𝒓𝒋𝒂Meta Sidtna Marija kienet inkurunata mis-Santissima ...
30/10/2026

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔

𝑰𝒍-Ħ𝒂𝒎𝒆𝒔 𝑴𝒊𝒔𝒕𝒆𝒓𝒖 𝒕𝒂𝒍-𝑮𝒍𝒐𝒓𝒋𝒂

Meta Sidtna Marija kienet inkurunata mis-Santissima Trinità u mgħollija fuq il-kori kollha tal-anġli bħala Reġina tas-sema u tal-art

San Massimiljanu Kolbe kien jgħid li Marija għandha kull dritt li tkun Reġina tal-qlub kollha, għaliex permezz tagħha kull qalb tista' titnaddaf u tkun ippreparata biex tingħaqad f'unjoni m'Alla.

Alla l-Missier tana lil Marija sabiex tkun Omm Ibnu, Ommna u Reġina tagħna. Marija hija wkoll ir-Reġina tal-anġli u l-qaddisin. Ġesù, l-Ispirtu s-Santu, l-ubbidjenza u r-rieda tagħha li tagħmel dak li ried minnha Alla l-Missier wassluha sabiex tkun Reġina tas-sema u tal-art.

Marija hija dik li tinterċedi għalina, hija l-avukata tagħna l-midinbin. Ir-rieda u l-missjoni tagħha huma li tressaqna eqreb ta' Binha li huwa s-Salvatur tal-umanità. Hija kienet dik li għenet biex il-popli kollha jkunu salvi permezz tal-iva tagħha lil Alla.

Marija hija Reġina għaliex ikkoperat flimkien ma' Binha fl-ewwel miraklu tal-grazzja - meta Ġwanni l-Battista qabeż fil-ġuf t'Eliżabetta x'ħin sema' l-leħen ta' Marija. Hija Reġina għaliex kienet daħlet għall-għarajjes f'Kana tal-Galilija meta naqashom l-inbid u Ġesù wettaq l-ewwel miraklu pubbliku. Marija hija Reġina għaliex qasmet il-passjoni ma' Binha u baqgħet miegħu taħt is-salib fil-mument li kien qed isalva lill-bniedem. Marija tat lil Ġesù lura lil Alla l-Missier u għaqqdet qalbha ma' tiegħu fis-sofferenzi kollha li ġarrab. Marija hija Reġina minħabba l-eżistenza immakulata tagħha u s-sapport li tat lill-Knisja ta' Binha sa mill-bidu.

𝕋𝕒𝕝𝕓𝕒

Marija, nitolbuk sabiex tkun ir-Reġina tagħna, l-omm u l-avukata tagħna. Għinna ħalli nixxenqu li nkunu f'rabta sħiħa ma' Ibnek Ġesù u permezz tiegħek jirnexxielna naslu sabiex fi tmiem ħajjitna fuq in l-art, ningħaqdu miegħu għal dejjem fl-eternità.


fans
Parroċċa Santa Marija Qrendi

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔𝑰𝒓-𝑹𝒂𝒃𝒂' 𝑴𝒊𝒔𝒕𝒆𝒓𝒖 𝒕𝒂𝒍-𝑮𝒍𝒐𝒓𝒋𝒂Meta Sidtna Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u b...
29/10/2026

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔

𝑰𝒓-𝑹𝒂𝒃𝒂' 𝑴𝒊𝒔𝒕𝒆𝒓𝒖 𝒕𝒂𝒍-𝑮𝒍𝒐𝒓𝒋𝒂

Meta Sidtna Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem

San Alfons Maria de Liguori kien jgħid li Ġesù nġibed lejn il-ġuf ta' Marija tant kemm kienet qaddisa.

Marija kienet assunta fis-sema biex toqgħod fuq in-naħa tal-lemin ta' Binha. Marija kienet imwielda Immakulata, mingħajr dnub oriġinali. San Alfons jgħid li Alla ma setax isib lil xi ħadd inqas minn Marija biex jibgħat lil Ibnu fid-dinja. Il-ġuf ta' Marija kellu jkun perfett bħala l-ewwel post li fih jgħix Ġesù meta jibda ħajtu fuq l-art fost il-bnedmin. Minħabba l-koperazzjoni tagħha ma' Alla, l-ubbidjenza u l-qdusija tagħha, Ġesù ried aktar u aktar jiġi fostna permezz tagħha.

Marija saret il-mezz uman għas-salvazzjoni tagħna. Marija kienet l-uniku waħda denja li fiha ġġorr il-ġisem ta' Ġesù.

Wara dan kollu kien jixraq li Marija ma tarax it-taħsir tal-qabar. Kien jixraqilha li tkun imtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem.

𝕋𝕒𝕝𝕓𝕒

Marija, inti t-tabernaklu qaddis tas-Sagrament Imqaddes, l-uniku post denju fejn joqgħod il-Mulej. Infaħħrek Marija għaliex permezz tal-iva tiegħek inti għent biex iġġibilna s-salvazzjoni. Marija Ommna għallimna kif inkunu ubbidjenti u umli bħalma kont inti ħalli meta nirċievu lil Ġesù fl-Ewkaristija jkun kuntent li joqgħod fina u f'mewtna jtellgħana lejn is-sema biex inkunu miegħu għal dejjem.


Parroċċa Santa Marija Qrendi

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔𝑰𝒕-𝑻𝒊𝒆𝒍𝒆𝒕 𝑴𝒊𝒔𝒕𝒆𝒓𝒖 𝒕𝒂𝒍-𝑮𝒍𝒐𝒓𝒋𝒂Meta Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-App...
28/10/2026

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔

𝑰𝒕-𝑻𝒊𝒆𝒍𝒆𝒕 𝑴𝒊𝒔𝒕𝒆𝒓𝒖 𝒕𝒂𝒍-𝑮𝒍𝒐𝒓𝒋𝒂

Meta Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli

Fl-ewwel ittra tiegħu lill-Korintin, l-Appostlu San Pawl jgħid lin-nies ta' Korintu li huma t-tempji ta' Alla u li l-Ispirtu ta' Alla qiegħed jgħammar fihom. L-Ispirtu s-Santu huwa r-rigal tal-Alla l-Missier u Alla l-Iben, hu li hu l-għarus tal-Verġni Marija.

Ġesù stess kien qal lill-Appostli tiegħu li hu tiela' s-sema imma se jibagħtilhom difensur sabiex imexxihom matul it-triq, b'referenza għall-Ispirtu s-Santu.

𝕋𝕒𝕝𝕓𝕒

Spirtu s-Santu, nitolbuk sabiex tkun dejjem preżenti f'qalbna, f'moħħna u ruħna u timliena bil-grazzji tiegħek. Għinna sabiex naraw lil Ġesù fl-oħrajn. Żommna fil-preżenza tat-Trinità Qaddisa, għinna sabiex aħna wkoll ngħarfu ngħixu l-Beatitudnijiet u ngawdu l-frott tad-doni tiegħek.

Għinna biex qatt ma nagħmlu dak li ma tixtiqx minna u ħeġġiġna ħalli nduru lejk kull meta jkollna bżonn l-ispirazzjoni qaddisa tiegħek.

Ommna Marija, għarusa tal-Ispirtu s-Santu, bl-interċessjoni qawwija tiegħu, għinna sabiex nużaw il-grazzji u l-ispirazzjonijiet li l-Ispirtu jagħtina kuljum.


Parroċċa Santa Marija Qrendi

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔𝑰𝒕-𝑻𝒊𝒆𝒏𝒊 𝑴𝒊𝒔𝒕𝒆𝒓𝒖 𝒕𝒂𝒍-𝑮𝒍𝒐𝒓𝒋𝒂Meta Ġesù Kristu tela' s-sema Ġesù qiegħed jipprepar...
27/10/2026

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔

𝑰𝒕-𝑻𝒊𝒆𝒏𝒊 𝑴𝒊𝒔𝒕𝒆𝒓𝒖 𝒕𝒂𝒍-𝑮𝒍𝒐𝒓𝒋𝒂

Meta Ġesù Kristu tela' s-sema

Ġesù qiegħed jipprepara post għalina. Wara l-qawmien mill-imwiet aħna rbaħna d-dritt għall-Ġenna. Ġesù fetaħ il-bibien għall-Ġenna.

Issa hija r-responsabbilità tagħna li ngħixu ħajja tajba biżżejjed biex niksbu dak id-dritt. Ġesù wettaq ir-rieda tal-Missier. Wara li wettaq il-missjoni tiegħu fuq l-art, issa jinsab fin-naħa leminija tal-Missier, imma ma ħallinix waħedna. Ġesù għadu magħna u jistenniena li mmorru nżuruh.

Kull darba li nżuru lil Ġesù fl-Ewkaristija aħna nagħtuh il-kuntentizza li ħass meta reġa' ltaqa' mal-Missier.

𝕋𝕒𝕝𝕓𝕒

Mulej Ġesù, nixtieq li kieku nkun miegħek f'kull tabernaklu tad-dinja ħalli qatt ma nħallik waħdek. Nixtieq li nkun dejjem miegħek ħalli nżommlok kumpanija, inħobbok u nadurak u nirringrazzjak talli bqajt miegħi fis-sagrament tal-Ewkaristija.

Marija Ommna, għinna sabiex inkunu magħquda ma' Ibnek matul ħajjitna kollha, f'għaqda spiritwali li ma tintemm qatt.


Parroċċa Santa Marija Qrendi

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔𝑳-𝑬𝒘𝒘𝒆𝒍 𝑴𝒊𝒔𝒕𝒆𝒓𝒖 𝒕𝒂𝒍-𝑮𝒍𝒐𝒓𝒋𝒂Meta Ġesù Kristu Qam mill-ImwietIl-glorja u l-ferħ ta...
26/10/2026

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔

𝑳-𝑬𝒘𝒘𝒆𝒍 𝑴𝒊𝒔𝒕𝒆𝒓𝒖 𝒕𝒂𝒍-𝑮𝒍𝒐𝒓𝒋𝒂

Meta Ġesù Kristu Qam mill-Imwiet

Il-glorja u l-ferħ tal-Għid huma riflessi fl-ewwel misteru tal-Glorja. Ġesù qam mill-mewt. Din hija l-prova tad-divinità, tal-qawwa fuq il-mewt u fuq id-dnub li għandu Ġesù. Is-Salvatur ħareġ rebbieħ fuq il-mewt bis-saħħa tiegħu. Id-dieqa tas-salib, id-dieqa ta' mewtu, fil-verità huma l-qawwa kollha tiegħu.

Fuq is-salib Ġesù kien qal, "Kollox mitmum."

Kollox mitmum għaliex il-missjoni li għaliha bagħtu Alla l-Missier f'din id-dinja kien wettaqha. Bil-mewt u l-qawmien tiegħu Ġesù tagħna tama u ħajja ġdida.

𝕋𝕒𝕝𝕓𝕒

Mulej Ġesù nitolbuk biex timlielna qalbna kollha ferħ kif ħassew in-nisa li ġew ħdejn il-qabar u sabuh vojt. Nitolbuk sabiex aħna wkoll inkunu rridu mmorru nxerrdu l-aħbar li int qomt mill-mewt. Għinna ħalli nxandru l-qawmien tiegħek mhux b'ħafna diskors imma bl-attitudni u l-aġir tagħna.


Parroċċa Santa Marija Qrendi

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔Minn għada nibdew l-aħħar ġimgħa ta' riflessjonijiet fuq il-misteri tar-Rużarju...
25/10/2026

𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓'𝐎𝐓𝐓𝐔𝐁𝐑𝐔 - 𝐈𝐗-𝐗𝐀𝐇𝐀𝐑 𝐓𝐀𝐑-𝐑𝐔Ż𝐀𝐑𝐉𝐔

Minn għada nibdew l-aħħar ġimgħa ta' riflessjonijiet fuq il-misteri tar-Rużarju. Fil-ġimgħat li għaddew irriflettejna fuq il-Misteri tal-Ferħ, tat-Tbatija u tad-Dawl u għalhekk matul il-jiem li ġejjin se niffukaw fuq il-Misteri tal-Glorja.

Kif se nkunu qed naraw minn għada sa nhar il-Ġimgħa, il-Misteri tal-Glorja jinkorporaw il-glorja ta' Ġesù u ta' Ommu Marija.

Fil-Misteri tal-Glorja naraw l-involviment tat-Trinità Qaddisa għal darba oħra flimkien mal-involviment ta' Marija Santissima.

Il-Ħames Misteri tal-Glorja huma:

1. Meta Ġesù Kristu qam mill-imwiet.
2. Meta Ġesù Kristu tela' s-sema.
3. Meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-Appostli u l-Verġni Marija.
4. Meta Sidtna Marija teħdet fis-sema bir-ruħ u bil-ġisem.
5. Meta Sidtna Marija ġiet inkurunata Reġina tas-sema u tal-art.


Parroċċa Santa Marija Qrendi

Address

Il-Qrendi

Telephone

+35679053217

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Venerabbli Konfraternità tas-Santissimu Sagrament, Qrendi - Malta posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Organisation

Send a message to Venerabbli Konfraternità tas-Santissimu Sagrament, Qrendi - Malta:

Shortcuts

Share