14/05/2026
Ħadt gost nara numru ta' tfal jingħaqdu flimkien u jiddiskutu waqt il-laqgħa tal-Kunsill tat-tfal tal-Kalkara f'sessjoni oħra kkoordinata mill-Kunsilliera responsabli mit-tfal Maria Sultana flimkien ma' Kunsilli Lokali tat-Tfal - Children's Local Councils.
Tiskanta kemm joħorġu b'ideat! Inħeġġeġ lill-ġenituri/kuraturi sabiex iħeġġu lit-tfal jingħaqdu magħna, fil-laqgħa li jmiss li ser issir it-Tnejn 8 ta' Ġunju fl-4pm.